Nhar il-Ġimgħa 16 ta' Diċembru, l-istudenti tal-Kompetenzi Ewlenin tas-Seba' Sena (Form 1) kellhom esperjenza oħra marbuta mal-ktieb. Din id-darba, grazzi għall-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, ilqajna fostna lis-Sur Roderick Vassallo, attur u lekċerer, li qara diversi siltiet mill-ktieb Kunċett u Marinton ta' Trevor Zahra. L-istudenti baqgħu mistagħġba bil-ħila li wera s-Sur Vassallo waqt il-qari u xi daħka ma naqsitx ukoll. Wara din is-sessjoni kien hemm ħin ta' diskussjoni u qsim ta' ideat. Wara l-istudenti spiċċaw b'kikkra kafè sħuna u xi mqaret. Nirringrazzjaw lis-Sur David Muscat, Uffiċjal Edukattiv tal-Malti u Koordinatur tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu li permezz tiegħu din l-attività saret possibli.
0 Comments
Nhar il-Ġimgħa 16 ta' Diċembru, id-Dipartiment tal-Malti ħa sehem fis-Suq tal-Milied organizzat fl-entratura prinċipali tal-iskola. Kien hemm għall-bejgħ ħelu tipikament Malti relatat ma' żmen il-Milied fosthom il-qagħaq tal-għasel. F'dan is-suq ħadu sehem il-lingwi kollha li jiġu mgħallma fl-iskola li huma l-Ingliż, it-Taljan, il-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ispanjol. Tliet studenti mill-Pakistan taw iis-sehem tagħhom ukoll billi ppreparaw ikel tipiku tal-Pakistan. Nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Diċembru, il-klassijiet 4.4 u 4.5 flimkien mal-għalliema tagħhom attendew għat-tnehdija tal-ktieb ‘Il-Kulur tal-Lellux’ ta' Rita Saliba. Dakinhar l-istudenti ħadu sehem f’‘workshop’ fejn matulu, l-awtriċi tal-istess ktieb qrat siltiet minnu u wara kull silta saret attività marbuta ma’ dak li nqara. L-istudenti setgħu jinnutaw kemm dak li tgħaddi minnu Amber, il-karattru ewlieni tar-rumanz, hu simili għal dak li jgħaddu minnu l-istudenti fil-fażi tal-adolexxenza. Din l-attività saret flimkien ma’ youth workers mill-Aġenzija Żgħażagħ. L-ewwel sena
IT-TIENI SENA
iR-RABA' SENA
Mit-Tnejn 14 sal-Ġimgħa 18 ta' Novembru, klassi tal-Malti tal-Ewwel Sena ħadet sehem fi proġett edukattiv differenti mis-soltu. Dan għaliex huma ġew mgħallma żewġ topiks tal-grammatika (l-artiklu u l-artiklu mal-partiċelli) u ġeneru ta’ kitba (djalogu) permezz ta’ riżorsi edukattivi marbutin mal-Eurovision u mal-Junior Eurovision fosthom filmati, intervisti, kanzunetti u ritratti. L-istudenti ħadu gost jitgħallmu permezz ta’ attivitajiet marbuta ma’ kantanti lokali bħal Ira Losco u Amber, u kantanti barranin bħall-kantanti ċkejknin tal-Junior Eurovision 2016. Emmelie De Forest, rebbieħa internazzjonali tal-Eurovision Song Contest 2013 u Christina Magrin li rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision 2016 aċċettaw li jinvolvu ruħhom fil-proġett edukattiv tagħna. Lezzjoni oħra b’differenza kienet meta b’sorpriża għal din il-klassi, il-kantanta popolari Gaia, l-ewwel rebbieħa Maltija tal-Junior Eurovision 2013, ingħaqdet mal-istudenti fil-lezzjoni sabiex tgħinhom jiktbu d-djalogi li kienu qed jiktbu fuqha stess! Għal dawn il-lezzjonijiet kienu preżenti l-Kap tal-Iskola, il-Prinċipal tal-Kulleġġ u l-Uffiċjal Edukattiv tal-Malti li lkoll kemm huma taw is-sapport biex naħdmu fuq dan il-proġett edukattiv. Ħajr lil Dr. George Cremona kif ukoll lill-għalliema s-Sa Janica Magro.
Nhar it-Tnejn 14 u l-Ġimgħa 18 ta' Novembru, żewġ klassijiet tas-Seba' Sena (Form 1) ħadu sehem fil-proġett offrut minn Heritage Malta fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu. L-ewwel l-istudenti kellhom taħdita dwar l-ilbies tal-imgħoddi u l-produzzjoni tal-qoton. Wara huma stess kellhom l-opportunità li jagħżlu bejn il-ħwejjeġ tal-imgħoddi u dawk tal-lum, u fl-istess ħin ilibbsu żewġ manikini, raġel u mara, bil-ħwejjeġ tal-imgħoddi. Wara lehhom iċ-ċans jaraw ilbies awtentiku tas-seklu 18 miżmum b'tant kura u attenzjoni fl-istess palazz. L-attività spiċċat bi dramm maħdum mill-istudenti stess fil-post fejn l-Inkwiżitur kien jaqta' s-sentenzi. Id-dramm kien fuq waħda mara, Katarina, li kienet akkużata quddiem l-Inkwiżitur li kient qed tipprattika s-seħer. Ma naqsux ukoll ix-xhieda. Żgur li din kienet esperjenza mill-isbaħ li l-istudenti se jibqa' jiftakru. L-Ewwel Klassi (1.3) It-Tieni Klassi (1.4)
Nhar il-Ġimgħa 11 ta' Novembru 2016, l-istudenti tal-Kompetenzi Ewlenin (CCP) tas-Seba' u tat-Tmien Sena dehru l-iskola b'entużjażmu kbir hekk kif kien jafu li se iżuru l-Fiera tal-Ktieb fis-sala ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi l-Belt Valletta. F'din l-attività l-istudenti minbarra li kellhom l-okkażjoni li jżuru diversi stands b'kotba ta' ġeneri differenti, kellhom ukoll xi attivitajiet marbuta mal-qari. Fi tmiem dawn l-attivitajiet l-istudenti kollha xtraw kotba għall-gosti tagħhom. Hekk kif daħlu l-iskola nħass l-element festiv marbut mal-qari speċjalment meta dawn l-istudenti dehru hekk ferħana li xtraw il-kotba. Prosit tassew tal-inizjattiva! Nhar it-Tnejn 17 t'Ottubru 2016 klassi tal-Ewwel Sena ħadet sehem f'attività kommemorattiva fl-anniversarju tat-twelid u l-mewt tal-poeta nazzjonali Dun Karm li t-tnejn ġraw f'Ottubru. Din l-attività saret quddiem il-bust tal-poeta nazzjonali li hemm Ħaż-Żebbuġ. L-istudenti Jake Vella u Alleysia Saliba qraw il-poeżija Ċajta tat-Tmenin, li hija poeżija li l-poeta kiteb meta kellu tmenin sena. Celine Zahra ppreżentat bukkett fjuri quddiem il-bust f'isem l-iskola. Wara l-istudenti ħadu sehem f'korteo lejn iċ-ċimiterju ta' Ħaż-Żebbuġ fejn hu midfun il-poeta. Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru tal-Edukazzjoni, is-Sur Evarist Bartolo flimkien mal-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti. Fl-assembly ta' nhar it-Tnejn 24 t'Ottubru, bħala parti mill-Jum Ewropew tal-Lingwi fakkarna l-poeta nazzjonali fl-iskola. Intwera filmat ta' awtobijografija ta' Dun Karm u l-istudent Zane Attard tat-Tieni Sena qara l-poeżija ta' Dun Karm Il-Kelma t'Ommi. Il-programm kompla b'attivitajiet oħra mid-Dipartiment tal-Ingliż u l-Ispanjol. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|