Id-Dipartiment tal-Malti fi ħdan l-iskola tagħna jixtieq jawgura mill-qalb lill-istudenti kollha li minn għada se jibdew l-eżamijiet tal-lingwa Maltija! Nafu li intom ippreparati sewwa! Għalhekk, moħħkom hemm, ħalli nkomplu nitgħallmu u nikbru flimkien fit-tagħlim tal-lingwa Maltija!
0 Comments
L-eżamijiet ta' Nofs is-Sena 2017/2018 se jsiru fid-dati li jidhru hawn taħt:
Is-Seba' Sena (Form 1) : l-Erbgħa 21 ta' Frar It-Tmien Sena (Form 2) : il-Ġimgħa 16 ta' Frar Il-Ħdax-il Sena (Form 5): Karta 1 u Karta 2A jew 2B: it-Tlieta 20 ta' Frar (l-orali se jsir nhar it-Tnejn 26 ta' Frar) L-eżamijiet kollha minbarra dawk tal-Form 5 u tal-Kompetenzi Ewlenin (CCP) idumu sagħtejn u kwart. Insellmulkom għeżież studenti!
Nisperaw li qed tqattgħu vaganzi ta' mistrieħ, kif inhu xieraq! Nisperaw ukoll li matul dawn il-jiem ta' mistrieħ, ma qtajtux mill-qari u anke mill-kitba! Jekk hawn minnkom li ktibtu xi ħaġa jew qrajtu xi ktieb interessanti u tixtiequ li taqsmuh magħna, inħeġġukom li tagħmlu dan billi tibagħtu xogħolkom permezz tal-ħolqa 'Ikkuntattjana' li ssibu n-naħa ta' fuq ta' dan is-sit. Aħna nieħdu gost li nippubblikaw dawn il-kitbiet. Wara kollox, dan hu l-għan ewlieni ta' dan is-sit - li jagħti l-opportunità lilkom l-istudenti li tesprimu l-ħsibijiet u l-esperjenzi tagħkom, permezz tal-kitba. Gawdu l-aħħar ftit jiem tal-vaganzi u narawkom dalwaqt! IL-ĠID MILL-QARI u Linji gwida għall-ġenituri![]() L-Eżamijiet Annwali għas-Sena Skolatika 2016-2017 se jsiru kif ġej: Il-Malti għall-Barranin: il-Ħamis 8 ta' Ġunju (siegħa u nofs) Is-Seba' Sena (Form 1): il-Ħamis 22 ta' Ġunju (sagħtejn + 15-il minuta Fehim mis-Smigħ) It-Tmien Sena (Form 2): it-Tnejn 12 ta' Ġunju (sagħtejn + 15-il minuta Fehim mis-Smigħ) L-Għaxar Sena (Form 4): l-Erbgħa 14 ta' Ġunju (sagħtejn u kwart) L-Eżami tal-Malti tal-Kompetenzi Ewlenin (CCP) ikun ta' siegħa u nofs. Il-Fehim mis-Smigħ għall-klassijiet kollha tas-Seba' u t-Tmien Sena se ssir fit-tieni sessjoni. ![]() Wara li l-Iskola Medja tal-Kulleġġ San Injazju rebħet l-Ewwel Premju tal-Premju Frans Sammut tas-sena li għaddiet, dis-sena individwu u entità marbuta mal-iskola ħadu l-ewwel premju. F'Kategorija A tal-persuni individwali rebaħ is-Sur Paul Formosa, għalliem tal-ELearning fl-iskola tagħna u f'Kategorija B għal entitajiet rebħet il-kumpannija Maypole.Bakery Limited. Flimkien mal-Amministrazzjoni tal-Iskola nifirħulhom għas-suċċessi li kisbu. Nhar l-Erbgħa 22 u l-Ħamis 23 ta' Marzu 2017, 4 klassijiet ta' studenti tat-Tmien Sena (Form 2) kellhom l-opportunità li jżuru l-fabbrika tal-MAYPOLE li tinsab ftit metri 'l bogħod mill-iskola tagħna. Hemmhekk, is-Sur James Debono, id-Direttur tal-fabbrika spjega lill-istudenti kif issir il-ħobża Maltija, mit-taħlita tagħha sal-mument meta tinħema. L-istudenti kellhom ukoll attività hands-on li fiha huma stess għamlu ħbejża (panina) għalihom. Ħajr speċjali jmur kemm lis-Sur Debono flimkien mad-Diriġenti tal-fabbrika kif ukoll lis-Sur Oliver Cassar li kkordina dawn l-attivitajiet. Wara dawn iż-żjarat l-istudenti ġew imħeġġa jiktbu kitbiet ta' diversi ġeneri dwar il-ħobża Maltija. Nhar il-Ħamis 2 ta' Marzu 2017, l-istudenti tal-Kompetenzi Ewlenin tas-Seba' Sena kellhom esperjenza mhux tas-soltu: dik li jżuru l-piċċ tal-boċċi ta' Buġibba. Bil-għajnuna tas-Sur Kevin Borg, il-Presdient tal-Klabb tal-Boċċi, l-istudenti ngħataw informazzjoni kif bdiet u kif tintlagħab din il-logħba tradizzjonali. Wara l-istudenti kellhom l-opportunità jilagħbuha wkoll u ma damux ma ġabu l-boċċa qrib il-likk! Żgur li kienet esperjenza sabiħa li l-istudenti mhu se jinsewha qatt.
|
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
February 2018
kategoriji
All
|