Nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Diċembru, il-klassijiet 4.4 u 4.5 flimkien mal-għalliema tagħhom attendew għat-tnehdija tal-ktieb ‘Il-Kulur tal-Lellux’ ta' Rita Saliba. Dakinhar l-istudenti ħadu sehem f’‘workshop’ fejn matulu, l-awtriċi tal-istess ktieb qrat siltiet minnu u wara kull silta saret attività marbuta ma’ dak li nqara. L-istudenti setgħu jinnutaw kemm dak li tgħaddi minnu Amber, il-karattru ewlieni tar-rumanz, hu simili għal dak li jgħaddu minnu l-istudenti fil-fażi tal-adolexxenza. Din l-attività saret flimkien ma’ youth workers mill-Aġenzija Żgħażagħ.
0 Comments
Your comment will be posted after it is approved.
Leave a Reply. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|