Nhar il-Ġimgħa 16 ta' Diċembru, l-istudenti tal-Kompetenzi Ewlenin tas-Seba' Sena (Form 1) kellhom esperjenza oħra marbuta mal-ktieb. Din id-darba, grazzi għall-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, ilqajna fostna lis-Sur Roderick Vassallo, attur u lekċerer, li qara diversi siltiet mill-ktieb Kunċett u Marinton ta' Trevor Zahra. L-istudenti baqgħu mistagħġba bil-ħila li wera s-Sur Vassallo waqt il-qari u xi daħka ma naqsitx ukoll. Wara din is-sessjoni kien hemm ħin ta' diskussjoni u qsim ta' ideat. Wara l-istudenti spiċċaw b'kikkra kafè sħuna u xi mqaret. Nirringrazzjaw lis-Sur David Muscat, Uffiċjal Edukattiv tal-Malti u Koordinatur tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu li permezz tiegħu din l-attività saret possibli.
0 Comments
Your comment will be posted after it is approved.
Leave a Reply. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|