ħrafa maltija
ix-xiħ_midfun_ġol-għar_bl-awdjo.pptx | |
File Size: | 8020 kb |
File Type: | pptx |
bugħażżu_Ħrafa_-_raquel_savery_2.1.pptx | |
File Size: | 3120 kb |
File Type: | pptx |
kitba ta' djarju
KITBA DESKRITTIVA
pamela_sammut_2.5_-_kitba_deskrittiva.pdf | |
File Size: | 92 kb |
File Type: |
reċensjoni ta' ktieb
kitba dwar ħrafa
kitbiet minn studenti li jsegwu l-programm tal-malti bħala lingwa barranija
KITBA TA' RAKKONT li jibda jew jispiċċa b'dan il-kliem...
NISTA' NGĦID LI DAK KIEN L-AĦJAR / L-AGĦAR MILIED TA' ĦAJTI
|
|
DIK L-GĦAJTA F'NOFS TA' LEJL
|
|
MALTEMPATA
Poeżija ta' Michelle Zammit
maltempata.pdf | |
File Size: | 309 kb |
File Type: |
DAK IL-LEJL MA STAJTX NAGĦLAQ GĦAJN M'GĦAJN
Aqra l-kitbiet ta' Maria Cutajar, Luke Heraghty u Shervienne Borg.

L-isbaħ żmien tas-sena!
Dak li jiġri fin-natura u madwarna fir-rebbiegħa, huwa ferm sabiħ, tant li jagħmel dan l-istaġun l-isbaħ staġun tas-sena.
Wara dak iż-żmien twil ta’ “rqad”, in-natura terġa’ tieħu l-ħajja. L-għasafar jibdew jgħannu kemm jifilħu u tisma’ ż-żgħar tagħhom ipespsu mill-bejta. Dan huwa ż-żmien fejn ħafna mill-annimali jkollhom iż-żgħar tagħhom. Ma jonqsux iż-żnażan iżanżnu fil-ġonna u jduru mal-fjuri biex idakkruhom. Jitfaċċaw insetti ta’ kull tip u kreaturi żgħar ta’ kull għamla.
Ir-rebbiegħa huwa l-istaġun tal-kuluri vivaċi. Is-siġar jagħmlu weraq ġodda u tiżdied il-ħdura. L-għelieqi kienu miżjura bil-pepprin aħmar u l-lellux isfar jgħajjat. Is-sema jkun ikħal u mingħajr ebda sħaba. Wieħed ikun jista’ jħoss iż-żiffa ħafifa għaddejja u jisma’ t-tħaxwix tal-pjanti jiżfnu maż-żiffa. L-aroma taż-żahar tal-larinġ, tal-baħar u tat-trab dakkari tgħaxxqek.
In-nies jibdew joħorġu bi ħwejjeġ aktar ħfief minħabba l-mezzu-temp u l-insalati u l-ġelati jsiru aktar popolari. Hawn Malta jibda’ l-istaġun tal-festi li jattrattaw ħafna turisti. Fil-fatt tara wkoll il-bajjiet jimtlew bihom, kollha jgawdu l-baħar u x-xemx sħuna.
Fir-rebbiegħa jkun hawn atmosfera ħafna aktar pjaċevoli u ta’ rilassament tant li anke l-annimali jħossuha. In-nies iktar jitħajru jmorru xi mixja fil-kampanja mal-klieb tagħhom u għalhekk tiżdied wkoll l-apprezzament lejn l-ambjent u n-natura.
It-tfal u l-għalliema tal-iskola jkunu qed jagħmlu l-aħħar sforz u jkunu qed jistennew ħerqana l-vaganzi tas-sajf.
Dan l-istaġun huwa wkoll wieħed fejn iseħħu avvenimenti xjentifiċi, bħall-ekwinozju tar-rebbiegħa li jagħtina sinjal ta’ meta jasal dan l-istaġun tar-rebbiegħa.
Minħabba dawn ir-raġunijiet kollha, ir-rebbiegħa huwa staġun speċjali fejn l-ambjent ta’ madwarna qisu jibda folja ġdida.
Emma Borg
Mingħajr dawl!
Konna lkoll madwar il-mejda għall-ikla ta' filgħaxija, meta f'daqqa waħda nqata' d-dawl. Kienet sorpriża kbira għalina għax ma niftakarx li qatt ġralna hekk.
Għall-ewwel inħsadna iżda ma domniex ma kkalmajna u ppruvajna nsibu xi xemgħa. Minħabba li ma stajna naraw xejn, is-sensi l-oħra bdew jagħmlu x-xogħol tagħhom, iktar milli jmisshom. Bdejna nisimgħu passi u ħafna tħaxwix ġej mill-kamra t'isfel li ma tantx kienet ta' użu għalina.
Il-ħin beda għaddej u l-ħsejjes komplew jiżdiedu bla waqfien. Għall-ħabta tal-ħdax, wara li kienu għaddew erba' sigħat sħaħ, mingħajr dawl, bdejna nisimgħu lil xi ħadd jokrob. Il-krib kien ġej minn din il-kamra. Ħadd ma kellu l-kuraġġ jinżel hemm isfel u jara x'kien qed jiġri. Ommi minn dejjem kienet tħobb tesaġera l-affarijiet. Kull ħoss li kienet tisma' kienet taħsbu fatat ġod-dar jew inkella xi ħallelin. Għal missieri, dawn kienu kollha ħmerijiet u kien jispiċċa jidħaq biha. Iżda, din id-darba ppanikja hu wkoll għax beda jivvinta affarijiet li qatt ma qalhom qabel. Għalhekk iddeċidejt li mmur jien u naqta' x'kien dan il-misterju.
Għall-ewwel kont kburija bija nnifsi għax kont l-unika waħda li kelli l-kuraġġ biex nidħol, iżda wara fhimt għaliex ommi kienet tibża' minn dawn l-affarijiet. Bdejt nisma' ħafna ħsejjes ta' taqlib u fl-istess ħin, biki ġej mill-bogħod. Għalkemm il-biża' xorta waħda ħakmitni, iddeċidejt li nagħmel il-kuraġġ u nidħol. Meta dħalt ħassejt li xi ħaġa qabżet fuqi. Bdejt ngħajjat u nwerżaq mingħajr waqfien u f'daqqa waħda ġie d-dawl!
It-twerżiq inbidel f’daħk malli rajt minn fejn kien ġej dak l-istorbju. Ħriġt barra biex ngħid x'ġara lil ommi u missieri. Ħriġt bil-kelb f'idejja u bdejt ngħidilhom, ''Ara x'fatat għandna d-dar!''. Aħna kollha bdejna nidħqu u l-kelb miskin minn għajnejh deher imbeżża'. Min jaf forsi ħaseb li aħna konna l-fatati?
Veronika Sytnyk
Il-muftieħ tar-razzett tan-nannu
Darba fost l-oħrajn kont qiegħda ngħin lil ommi tnaddaf id-dar. Għandna ħafna kmamar ġod-dar tagħna iżda kull meta nidħol ġo waħda minnhom jaqbadni l-bard. Kienet kamra battala, xejn ma kien hemm fiha, ħlief muftieħ kbir fuq xkaffa qadima. Ħadt dan il-muftieħ u mort bih għand ommi. Staqsejtha ta' liema kamra kien dan il-muftieħ u qaltli li ma kienx ta' xi kamra minn ġod-dar tagħna iżda ta' razzett li kien mibni fl-għelieqi xi ftit 'il bogħod.
Iddeċidejt li mmur hemmhekk iżda ommi ma ħallitnix. Għal ħabta ta' nofsillejl, meta kulħadd kien rieqed, ħadt dan il-muftieħ u mort f'dak ir-razzett. Dħalt ġewwa... ir-razzett kien ħafna ikbar milli kien jidher minn barra. Xammejt riħa qawwija ta' affarijiet qodma li daħlet ġo ħalqi. Smajt il-ġrieden jiġru minn post għall-ieħor. Bdejt indur u rajt pitazz qadim li fuq il-paġna ta' quddiem, b'ittri kapitali, kien hemm miktub ''ID-DJARJU TIEGĦI''. Ftaħtu u malli rajt xi ritratti u xi kitba, indunajt li kien id-djarju tan-nannu tiegħi li kien miet seba' snin ilu.
Kien hemm ħafna stejjer u rakkonti dwar dak li ġara fil-familja tiegħi. Meta kont wasalt f'nofs id-djarju, indunajt li kien it-tlieta ta' filgħodu u ddeċidejt li mmur lura d-dar. Pero' ma stajtx norqod bil-kurżita' u komplejt naqrah. Meta wasalt lejn l-aħħar paġni tiegħu, ħadt l-ikbar qatgħa ta' ħajti! Sirt naf li waqt it-twelid tiegħi, ommi għaddiet minn sitwazzjonijiet koroh li mietet fiż-żmien qasir, filwaqt li missieri kien miet ftit xhur qabel, meta mar l-Iraq fuq gwerra... Allura min kienu dawk it-tnejn min-nies li qegħdin irabbuni u jieħdu ħsiebi?!... Din l-aħbar qabditni tensjoni akbar. Komplejt naqra u b'rogħda kbira ġo ġismi, niskopri li Kaitlyn u Sylvester kienu żewġt iħbieb kbar tal-ġenituri tiegħi li aċċettaw li jrabbuni qisni t-tifla tagħhom.
Dan il-muftieħ biddilli ħajti għal dejjem. Issa waqt li qiegħda nikteb fid-djarju tiegħi qiegħda nħoss demgħa taqbiżli minn għajnejja u fl-istess ħin nirringrazzja lil Alla li m'iniex waħdi.