Mit-Tnejn 14 sal-Ġimgħa 18 ta' Novembru, klassi tal-Malti tal-Ewwel Sena ħadet sehem fi proġett edukattiv differenti mis-soltu. Dan għaliex huma ġew mgħallma żewġ topiks tal-grammatika (l-artiklu u l-artiklu mal-partiċelli) u ġeneru ta’ kitba (djalogu) permezz ta’ riżorsi edukattivi marbutin mal-Eurovision u mal-Junior Eurovision fosthom filmati, intervisti, kanzunetti u ritratti. L-istudenti ħadu gost jitgħallmu permezz ta’ attivitajiet marbuta ma’ kantanti lokali bħal Ira Losco u Amber, u kantanti barranin bħall-kantanti ċkejknin tal-Junior Eurovision 2016. Emmelie De Forest, rebbieħa internazzjonali tal-Eurovision Song Contest 2013 u Christina Magrin li rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision 2016 aċċettaw li jinvolvu ruħhom fil-proġett edukattiv tagħna. Lezzjoni oħra b’differenza kienet meta b’sorpriża għal din il-klassi, il-kantanta popolari Gaia, l-ewwel rebbieħa Maltija tal-Junior Eurovision 2013, ingħaqdet mal-istudenti fil-lezzjoni sabiex tgħinhom jiktbu d-djalogi li kienu qed jiktbu fuqha stess! Għal dawn il-lezzjonijiet kienu preżenti l-Kap tal-Iskola, il-Prinċipal tal-Kulleġġ u l-Uffiċjal Edukattiv tal-Malti li lkoll kemm huma taw is-sapport biex naħdmu fuq dan il-proġett edukattiv. Ħajr lil Dr. George Cremona kif ukoll lill-għalliema s-Sa Janica Magro.
0 Comments
Your comment will be posted after it is approved.
Leave a Reply. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|