Kitbietna
  • Daħla
  • KITBIETNA
    • IS-SEBA' SENA
    • IT-TMIEN SENA
  • X'hemm x'naqra?
    • IS-SEBA' SENA
    • IT-TMIEN SENA
  • RIŻORSI
    • IS-SEBA' SENA >
      • IL-GRAMMATIKA
      • IL-POEŻIJI
      • NOVELLI U RUMANZ
      • NITĦADDTU BIL-MALTI
      • Materjal ieħor
    • IT-TMIEN SENA >
      • IL-GRAMMATIKA
      • IL-POEŻIJI
      • NITĦADDTU BIL-MALTI
  • ORTOGRAFIJA
  • Ħoloq
  • Ikkuntattjana

ŻJARA L-PALAZZ TAL-INKWIŻITUR FIL-BIRGU

4/28/2015

0 Comments

 
Heritage Malta ħadmet proġett-pilota għat-tfal tal-Ewwel Sena tas-Sekondarja b’rabta mal-Proġett tat-Taħdit. L-istudenti kellhom programm varjat li sar fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu u li fih semgħu, raw u pparteċipaw b’mod sħiħ f’għadd ta’ attivitajiet marbuta mal-ilbies tal-imgħoddi kif ukoll l-Inkwiżizzjoni Rumana li kellna f'pajjiżna. Id-Dipartiment tal-Malti tal-Kulleġġ San Injazju jxtieq jirringrazzja lis-Sa Jennifer Bugeja, għalliema peripatetika ta' Heritage Malta, lis-Sur Kenneth Cassar, il-Kuratur tal-Palazz tal-Inkwiżitur u lis-Sur Marlon Barbara, Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca li kien strumentali ħafna għall-organizzazzjoni tal-attività. Proset u grazzi!
0 Comments

ŻJARA GĦAND NENU THE ARTISAN BAKER, IL-BELT

4/24/2015

0 Comments

 
Esperjenza li niżlet tajjeb mal-istudenti tas-CCP tal-Ewwel u tat-Tieni Sena kienet dik li saret nhar il-Ħamis 23 t'April fir-ristorant ta' Nenu the Artisan Baker fil-Belt Valletta. Hemmhekk l-istudenti kellhom l-opportunità li jagħmlu pizza jew kif tissejjaħ, ftira, b'affarijiet naturali bħal basal, tadam, żebbuġ, kappar, u ġbejniet. Kull pizza kellha numru abbonat ma' żewġ studenti biex wara kulħadd jiekol il-pizza li jkun ħadem u żejjen hu. Ma setgħetx tonqos l-esperjenza ta' Nenu li kemm hu, kif ukoll martu, għaddew ħajjithom fil-forn jaħmu l-ħobż.
0 Comments

F'IDEJNA L-GĦAĠINA BIEX NAGĦMLU ĦOBŻA BNINA

4/18/2015

0 Comments

 
Nhar il-Ħamis 16 t'April 2015 studenti tal-Ewwel u tat-Tieni Sena kellhom l-opportunità jżuru l-fabbrika tal-MAYPOLE li qegħda biswit l-iskola tagħna. Hemmhekk, grazzi għas-Sur James Debono, Direttur tal-fabbrika, l-istudenti setgħu isegwu l-proċess ta' kif isir il-ħobż. Raw kif issir u tintgħaġen l-għaġina flimkien mal-ingredjenti li jkollha, flimkien mal-proċess kollu sakemm il-ħobż jasal biex jiddaħħal fil-forn.

L-istudenti kellhom ukoll l-opportunità li jaħdmu l-għaġina huma u jagħmlu l-ħobż għall-gost tagħhom. Fl-aħħar huma stess raw ix-xogħol tagħhom jinħema fil-forn. M'għandniex xi ngħidu huma stess tiegħmu l-ħobż tagħhom. Kulħadd baqa' mistagħġeb bil-benna tal-ħobż frisk u bnin li kien għadu kif ħareġ mill-forn.

Niringrazzjaw ħafna lis-Sur James Debono tal-opportunità li ta lill-istudenti flimkien mal-informazzjoni interessanti li għaddhielhom, kif ukoll lis-Sur Oliver Cassar li kkoordina din l-attività. Żgur li l-istudenti mhu se jinsew qatt din l-esperjenza unika.
0 Comments

AWGURJU GĦAL GĦID QADDIS

4/4/2015

0 Comments

 
Picture
0 Comments

    Merħba

    L-għan ta' dan is-sit hu
    li jagħti l-opportunità
    lill-istudenti 
    jippubblikaw
    il-ħsibijiet, 
    ix-xewqat u
    l-esperjenzi tagħhom 
    li jieħdu
    l-ħajja 
    permezz tal-kitba.


    Inħeġġuk biex tibgħatilna
    l
    -kitbiet tiegħek!

    Picture

    Arkivji

    June 2022
    April 2022
    January 2022
    November 2021
    March 2021
    February 2021
    January 2021
    October 2020
    May 2020
    April 2020
    March 2020
    February 2020
    December 2019
    November 2019
    October 2019
    September 2019
    February 2018
    January 2018
    September 2017
    August 2017
    July 2017
    June 2017
    May 2017
    March 2017
    January 2017
    December 2016
    November 2016
    October 2016
    September 2016
    July 2016
    May 2016
    April 2016
    March 2016
    January 2016
    December 2015
    November 2015
    October 2015
    August 2015
    July 2015
    June 2015
    May 2015
    April 2015
    March 2015
    February 2015
    January 2015
    December 2014
    November 2014
    October 2014

    kategoriji

    All
    Attivitajiet
    Karti Tal Eżamijiet Ta' Nofs Is Sena
    Karti Tal-eżamijiet Ta' Nofs Is-sena

    RSS Feed

Powered by Create your own unique website with customizable templates.