Nhar l-Erbgħa 22 u l-Ħamis 23 ta' Marzu 2017, 4 klassijiet ta' studenti tat-Tmien Sena (Form 2) kellhom l-opportunità li jżuru l-fabbrika tal-MAYPOLE li tinsab ftit metri 'l bogħod mill-iskola tagħna. Hemmhekk, is-Sur James Debono, id-Direttur tal-fabbrika spjega lill-istudenti kif issir il-ħobża Maltija, mit-taħlita tagħha sal-mument meta tinħema. L-istudenti kellhom ukoll attività hands-on li fiha huma stess għamlu ħbejża (panina) għalihom. Ħajr speċjali jmur kemm lis-Sur Debono flimkien mad-Diriġenti tal-fabbrika kif ukoll lis-Sur Oliver Cassar li kkordina dawn l-attivitajiet. Wara dawn iż-żjarat l-istudenti ġew imħeġġa jiktbu kitbiet ta' diversi ġeneri dwar il-ħobża Maltija.
0 Comments
Nhar il-Ħamis 2 ta' Marzu 2017, l-istudenti tal-Kompetenzi Ewlenin tas-Seba' Sena kellhom esperjenza mhux tas-soltu: dik li jżuru l-piċċ tal-boċċi ta' Buġibba. Bil-għajnuna tas-Sur Kevin Borg, il-Presdient tal-Klabb tal-Boċċi, l-istudenti ngħataw informazzjoni kif bdiet u kif tintlagħab din il-logħba tradizzjonali. Wara l-istudenti kellhom l-opportunità jilagħbuha wkoll u ma damux ma ġabu l-boċċa qrib il-likk! Żgur li kienet esperjenza sabiħa li l-istudenti mhu se jinsewha qatt.
|
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|