Nhar il-Ġimgħa 11 ta' Novembru 2016, l-istudenti tal-Kompetenzi Ewlenin (CCP) tas-Seba' u tat-Tmien Sena dehru l-iskola b'entużjażmu kbir hekk kif kien jafu li se iżuru l-Fiera tal-Ktieb fis-sala ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi l-Belt Valletta. F'din l-attività l-istudenti minbarra li kellhom l-okkażjoni li jżuru diversi stands b'kotba ta' ġeneri differenti, kellhom ukoll xi attivitajiet marbuta mal-qari. Fi tmiem dawn l-attivitajiet l-istudenti kollha xtraw kotba għall-gosti tagħhom. Hekk kif daħlu l-iskola nħass l-element festiv marbut mal-qari speċjalment meta dawn l-istudenti dehru hekk ferħana li xtraw il-kotba. Prosit tassew tal-inizjattiva!
0 Comments
Your comment will be posted after it is approved.
Leave a Reply. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|