Nhar it-Tnejn 14 u l-Ġimgħa 18 ta' Novembru, żewġ klassijiet tas-Seba' Sena (Form 1) ħadu sehem fil-proġett offrut minn Heritage Malta fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu. L-ewwel l-istudenti kellhom taħdita dwar l-ilbies tal-imgħoddi u l-produzzjoni tal-qoton. Wara huma stess kellhom l-opportunità li jagħżlu bejn il-ħwejjeġ tal-imgħoddi u dawk tal-lum, u fl-istess ħin ilibbsu żewġ manikini, raġel u mara, bil-ħwejjeġ tal-imgħoddi. Wara lehhom iċ-ċans jaraw ilbies awtentiku tas-seklu 18 miżmum b'tant kura u attenzjoni fl-istess palazz. L-attività spiċċat bi dramm maħdum mill-istudenti stess fil-post fejn l-Inkwiżitur kien jaqta' s-sentenzi. Id-dramm kien fuq waħda mara, Katarina, li kienet akkużata quddiem l-Inkwiżitur li kient qed tipprattika s-seħer. Ma naqsux ukoll ix-xhieda. Żgur li din kienet esperjenza mill-isbaħ li l-istudenti se jibqa' jiftakru. L-Ewwel Klassi (1.3) It-Tieni Klassi (1.4)
0 Comments
Your comment will be posted after it is approved.
Leave a Reply. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|