Dan qiegħed għall-użu tiegħek biex il-Malti jinkiteb dejjem sewwa kif jixraqlu. Prosit tassew tal-inizjattiva.
0 Comments
Il-Ħamis 17 ta’ Marzu l-istudenti tas-CCP tal-Ewwel Sena ġew b’motivazzjoni kbira l-iskola minħabba l-ħarġa li kellhom. L-avventura għalihom bdiet malli tlaqna mill-iskola bil-mixi sal-fabbrika tal-MAYPOLE li qegħda ftit metri biss 'il bogħod mill-iskola. Dan għaliex ma kinitx xi ħaġa tas-soltu għalihom li jimxu mal-għalliema u l-LSA’s tagħhom. L-entużjażmu kompla jiżdied meta wasalna l-fabbrika fejn l-istudenti kellhom jilbsu ġagaga bajda u xibka ċelesti f’rashom fuq l-uniformi minħabba raġunijiet ta’ iġjene. Malli bdejna l-mawra tagħna f’dan il-post, l-istudenti baqgħu mistagħġba bil-kobor u fl-istess ħin bl-indafa u bl-organizzazzjoni li kien hemm f'din il-fabbrika. S'inetndi r-riħa taqsam tal-ħobż u l-pasti malajr daħlet fi mnifsejna, tant li dak il-ħin ilkoll waqqagħtilna żaqqna! Wara, dawn l-istudenti nqasmu f’diversi gruppi biex jagħmlu xogħlijiet differenti fosthom: iwaħħlu erba’ lewżiet (f’forma ta’ salib) fuq kull qagħqa tal-appostli, joħolqu kaxxa minn kartun ċatt biex ġo fiha titpoġġa figolla, jillejbiljaw kaxxi bl-ikel, jagħmlu ċikkulata fuq kannoli tal-krema u jimlew iż-żeppoli! Din l-attività ħolqot tbissima fuq kull student/a u kienet tassew esperjenza li żgur mhix se tintesa malajr! Għalhekk ir-ringrazzjament tagħna jmur għad-Diretturi tal-fabbrika MAYPOLE li ta' kull sena ma jiddejqux jilqgħuna. Issa li l-eżamijiet ta' Nofs is-Sena u dawk Annwali (tal-istudenti tal-Form 5) għaddew, żgur li l-istudenti, u anke intom il-ġenituri, tkunu qed tistennew fuq ix-xwiek dawk l-imberkin marki! Waqt Jum il-Ġenituri, li se jsir nhar it-Tnejn 21 u t-Tlieta 22 ta' Marzu, aħna, l-għalliema tal-Malti mmorru lilhinn mill-figuri imma flimkien nanalizzaw magħkom fejn jista' j/tirranġa l-istudent/a ħalli fl-eżami Annwali jinkisbu marki aħjar. Għalhekk napprezzaw ħafna li niltaqgħu magħkom għax l-interess tagħna jibqa' l-ġid ta' wliedkom. L-għalliema tal-Malti se jkunu fil-kmamar kif jidher hawn taħt:: Is-Sur Alan Saliba: Kamra 038 Is-Sa Raisa Xuereb: Kamra 121 Is-Sa Marthese Baldacchino: Kamra 121 Is-Sa Ruth Azzopardi: Kamra 122 Is-Sur Kurt Slattery: Kamra 122 Is-Sa Ancel Cefai: Kamra 123 Is-Sa Janica Magro: Kamra 123 Is-Sur Anthony Chetcuti: Kamra 124 Is-Sa Raisa Magro: Kamra 124 Is-Sa Jacqueline Darmanin: Kamra 125 Is-Sa Alexia J. Azzopardi: Kamra 126 Is-Sa Sabina Spiteri: Kamra 128 |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|