Kitbietna
  • Daħla
  • KITBIETNA
    • L-EWWEL SENA
    • IT-TIENI SENA
  • X'hemm x'naqra?
    • L-EWWEL SENA
    • IT-TIENI SENA
  • RIŻORSI
    • L-EWWEL SENA >
      • IL-GRAMMATIKA
      • IL-POEŻIJI (Nadriet 1)
      • NITĦADDTU BIL-MALTI
      • Materjal ieħor
    • IT-TIENI SENA >
      • IL-GRAMMATIKA
      • IL-POEŻIJI (Nadriet 2)
      • NITĦADDTU BIL-MALTI
  • ORTOGRAFIJA
  • Ħoloq
  • Arkivji
    • Kitbiet l-1el Sena 2013-2014 >
      • Studenta ġdida fi skola ġdida
      • Awtobijografija: Jien min jien?
      • Kif inqatta' tmiem il-ġimgħa
      • Nibgħat ittra informali
      • Mort għand ħabiba tiegħi u rajna film verament...
      • Ritratt man-Nanna
      • Li kieku kont għasfur
      • Oħrajn
    • Kitbiet it-2ni Sena 2013-2014 >
      • Bijografija ta' ...
      • versi u lirika
      • Fi triqti lura lejn id-dar
      • Oħrajn
    • Kitbiet it-3et Sena 2013-2014 >
      • Iċ-ċavetta msadda taħt is-sodda
      • Il-messaġġ li missni ma rajt qatt!
      • Versi u lirika
      • Niktbu reklam
      • Oħrajn
    • Attivitajiet 2013-2014
  • Ikkuntattjana

KOMPETIZZJONI TAL-ISTRINA 2016

11/25/2016

0 Comments

 
Picture
0 Comments

NITGĦALLMU MILL-EUROVISION

11/23/2016

0 Comments

 
Mit-Tnejn 14 sal-Ġimgħa 18 ta' Novembru, klassi tal-Malti tal-Ewwel Sena ħadet sehem fi proġett edukattiv differenti mis-soltu. Dan għaliex huma ġew mgħallma żewġ topiks tal-grammatika (l-artiklu u l-artiklu mal-partiċelli) u ġeneru ta’ kitba (djalogu) permezz ta’ riżorsi edukattivi marbutin mal-Eurovision u mal-Junior Eurovision fosthom filmati, intervisti, kanzunetti u ritratti. L-istudenti ħadu gost jitgħallmu permezz ta’ attivitajiet marbuta ma’ kantanti lokali bħal Ira Losco u Amber, u kantanti barranin bħall-kantanti ċkejknin tal-Junior Eurovision 2016. Emmelie De Forest, rebbieħa internazzjonali tal-Eurovision Song Contest 2013 u Christina Magrin li rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision 2016 aċċettaw li jinvolvu ruħhom fil-proġett edukattiv tagħna. Lezzjoni oħra b’differenza kienet meta b’sorpriża għal din il-klassi, il-kantanta popolari Gaia, l-ewwel rebbieħa Maltija tal-Junior Eurovision 2013, ingħaqdet mal-istudenti fil-lezzjoni sabiex tgħinhom jiktbu d-djalogi li kienu qed jiktbu fuqha stess! Għal dawn il-lezzjonijiet kienu preżenti l-Kap tal-Iskola, il-Prinċipal tal-Kulleġġ u l-Uffiċjal Edukattiv tal-Malti li lkoll kemm huma taw is-sapport biex naħdmu fuq dan il-proġett edukattiv. Ħajr lil Dr. George Cremona kif ukoll lill-għalliema s-Sa Janica Magro.
Picture
0 Comments

ŻJARA FIL-PALAZZ TAL-INKWIŻITUR FIL-BIRGU

11/15/2016

0 Comments

 
Nhar it-Tnejn 14 u l-Ġimgħa 18 ta' Novembru, żewġ klassijiet tas-Seba' Sena (Form 1) ħadu sehem fil-proġett offrut minn Heritage Malta fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu. L-ewwel l-istudenti kellhom taħdita dwar l-ilbies tal-imgħoddi u l-produzzjoni tal-qoton. Wara huma stess kellhom l-opportunità li jagħżlu bejn il-ħwejjeġ tal-imgħoddi u dawk tal-lum, u fl-istess ħin ilibbsu żewġ manikini, raġel u mara, bil-ħwejjeġ tal-imgħoddi. Wara lehhom iċ-ċans jaraw ilbies awtentiku tas-seklu 18 miżmum b'tant kura u attenzjoni fl-istess palazz. L-attività spiċċat bi dramm maħdum mill-istudenti stess fil-post fejn l-Inkwiżitur kien jaqta' s-sentenzi. Id-dramm kien fuq waħda mara, Katarina, li kienet akkużata quddiem l-Inkwiżitur li kient qed tipprattika s-seħer. Ma naqsux ukoll ix-xhieda. Żgur li din kienet esperjenza mill-isbaħ li l-istudenti se jibqa' jiftakru.
L-Ewwel Klassi (1.3)
It-Tieni Klassi (1.4)
0 Comments

ŻJARA FIL-FESTIVAL TAL-KTIEB

11/13/2016

0 Comments

 
Nhar il-Ġimgħa 11 ta' Novembru 2016, l-istudenti tal-Kompetenzi Ewlenin (CCP) tas-Seba' u tat-Tmien Sena dehru l-iskola b'entużjażmu kbir hekk kif kien jafu li se iżuru l-Fiera tal-Ktieb fis-sala ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi l-Belt Valletta. F'din l-attività l-istudenti minbarra li kellhom l-okkażjoni li jżuru diversi stands b'kotba ta' ġeneri differenti, kellhom ukoll xi attivitajiet marbuta mal-qari. Fi tmiem dawn l-attivitajiet l-istudenti kollha xtraw kotba għall-gosti tagħhom. Hekk kif daħlu l-iskola nħass l-element festiv marbut mal-qari speċjalment meta dawn l-istudenti dehru hekk ferħana li xtraw il-kotba. Prosit tassew tal-inizjattiva!
0 Comments

    Merħba

    L-għan ta' dan is-sit hu
    li jagħti l-opportunità
    lill-istudenti 
    jippubblikaw
    il-ħsibijiet, 
    ix-xewqat u
    l-esperjenzi tagħhom 
    li jieħdu
    l-ħajja 
    permezz tal-kitba.


    Inħeġġuk biex tibgħatilna
    l
    -kitbiet tiegħek!

    Picture

    Arkivji

    February 2018
    January 2018
    September 2017
    August 2017
    July 2017
    June 2017
    May 2017
    March 2017
    January 2017
    December 2016
    November 2016
    October 2016
    September 2016
    July 2016
    May 2016
    April 2016
    March 2016
    January 2016
    December 2015
    November 2015
    October 2015
    August 2015
    July 2015
    June 2015
    May 2015
    April 2015
    March 2015
    February 2015
    January 2015
    December 2014
    November 2014
    October 2014

    kategoriji

    All
    Attivitajiet
    Karti Tal Eżamijiet Ta' Nofs Is Sena
    Karti Tal-eżamijiet Ta' Nofs Is-sena

    RSS Feed

Powered by Create your own unique website with customizable templates.