Nhar it-Tlieta 26 t'April, xi studenti tar-Raba' Sena kellhom l-opportunità li jżuru l-Bibljoteka Nazzjonali u japprezzaw it-teżori stampati li hemm merfugħa fiha. L-attività kienet tikkonsisti f’żewġ partijiet. Fl-ewwel parti ntwera filmat dwar l-istorja tal-bini tal-Bibljoteka, is-sehem ta’ Agius de Soldanis, il-katalogar tal-kotba jew dokumenti, il-kotba b’ legatura personalizzata, l-album tal-akwarelli, l-eqdem mappa ta’ Malta (jiġifieri dik tal-1490), u t-Taqsima tar-Restawr tal-istess Bibljoteka. Uħud minn dawn il-kotba antiki u imprezzabbli ntwerew lill-istudenti biex filwaqt li jagħrfu t-teżori stampati li għandna, japprezzaw ukoll il-ħidma kbira li ssir fil-Bibljoteka biex dawn jitħarsu. Wara l-filmat, l-istudenti telgħu fis-sala ewlenija fejn setgħu jaraw għadd ta’ manuskritti u kotba marbutin mal-istorja tal-lingwa u l-letteratura Maltija, u setgħu jaħdmu t-taħriġ li kellhom fi ktejjeb imħejji apposta għal din l-attività.
0 Comments
Nhar l-Erbgħa 6 t'April, l-istudenti kollha tar-Raba' Sena kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-poeti Ġorġ Borg u Victor Fenech. Dawn il-poeti qasmu magħhom l-interpretazzjoni tal-poeżiji Passaġġi u Jien miktuba mill-istess poeti rispettivament. L-istudenti intervistaw lill-poeti dwar il-ħajja poetika tagħhom u l-poeti nfushom qasmu magħhom esperjenzi personali speċjalment uħud li qanqluhom biex jikbtu l-poeżiji. Fi tmiem il-programm l-istudenti kollha kellhom attività fi gruppi li fiha kienu huma stess li kitbu min huma (Jien) kif ukoll jiktbu passaġġi diversi li tiġbor fiha l-ħajja tal-bniedem. Żgur li kienet esperjenza sabiħa għal kulħadd. Grazzi dejjem lill-poeti li taw ftit mill-ħin tagħhom għall-benefiċċju tal-istudenti tagħna. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|