Heritage Malta ħadmet proġett-pilota għat-tfal tal-Ewwel Sena tas-Sekondarja b’rabta mal-Proġett tat-Taħdit. L-istudenti kellhom programm varjat li sar fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu u li fih semgħu, raw u pparteċipaw b’mod sħiħ f’għadd ta’ attivitajiet marbuta mal-ilbies tal-imgħoddi kif ukoll l-Inkwiżizzjoni Rumana li kellna f'pajjiżna. Id-Dipartiment tal-Malti tal-Kulleġġ San Injazju jxtieq jirringrazzja lis-Sa Jennifer Bugeja, għalliema peripatetika ta' Heritage Malta, lis-Sur Kenneth Cassar, il-Kuratur tal-Palazz tal-Inkwiżitur u lis-Sur Marlon Barbara, Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca li kien strumentali ħafna għall-organizzazzjoni tal-attività. Proset u grazzi!
0 Comments
Your comment will be posted after it is approved.
Leave a Reply. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|