Esperjenza li niżlet tajjeb mal-istudenti tas-CCP tal-Ewwel u tat-Tieni Sena kienet dik li saret nhar il-Ħamis 23 t'April fir-ristorant ta' Nenu the Artisan Baker fil-Belt Valletta. Hemmhekk l-istudenti kellhom l-opportunità li jagħmlu pizza jew kif tissejjaħ, ftira, b'affarijiet naturali bħal basal, tadam, żebbuġ, kappar, u ġbejniet. Kull pizza kellha numru abbonat ma' żewġ studenti biex wara kulħadd jiekol il-pizza li jkun ħadem u żejjen hu. Ma setgħetx tonqos l-esperjenza ta' Nenu li kemm hu, kif ukoll martu, għaddew ħajjithom fil-forn jaħmu l-ħobż.
0 Comments
Your comment will be posted after it is approved.
Leave a Reply. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|