L-istudenti kellhom ukoll l-opportunità li jaħdmu l-għaġina huma u jagħmlu l-ħobż għall-gost tagħhom. Fl-aħħar huma stess raw ix-xogħol tagħhom jinħema fil-forn. M'għandniex xi ngħidu huma stess tiegħmu l-ħobż tagħhom. Kulħadd baqa' mistagħġeb bil-benna tal-ħobż frisk u bnin li kien għadu kif ħareġ mill-forn.
Niringrazzjaw ħafna lis-Sur James Debono tal-opportunità li ta lill-istudenti flimkien mal-informazzjoni interessanti li għaddhielhom, kif ukoll lis-Sur Oliver Cassar li kkoordina din l-attività. Żgur li l-istudenti mhu se jinsew qatt din l-esperjenza unika.