Nhar l-Erbgħa 6 t'April, l-istudenti kollha tar-Raba' Sena kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-poeti Ġorġ Borg u Victor Fenech. Dawn il-poeti qasmu magħhom l-interpretazzjoni tal-poeżiji Passaġġi u Jien miktuba mill-istess poeti rispettivament. L-istudenti intervistaw lill-poeti dwar il-ħajja poetika tagħhom u l-poeti nfushom qasmu magħhom esperjenzi personali speċjalment uħud li qanqluhom biex jikbtu l-poeżiji. Fi tmiem il-programm l-istudenti kollha kellhom attività fi gruppi li fiha kienu huma stess li kitbu min huma (Jien) kif ukoll jiktbu passaġġi diversi li tiġbor fiha l-ħajja tal-bniedem. Żgur li kienet esperjenza sabiħa għal kulħadd. Grazzi dejjem lill-poeti li taw ftit mill-ħin tagħhom għall-benefiċċju tal-istudenti tagħna.
0 Comments
Your comment will be posted after it is approved.
Leave a Reply. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|