Nhar it-Tlieta 26 t'April, xi studenti tar-Raba' Sena kellhom l-opportunità li jżuru l-Bibljoteka Nazzjonali u japprezzaw it-teżori stampati li hemm merfugħa fiha. L-attività kienet tikkonsisti f’żewġ partijiet. Fl-ewwel parti ntwera filmat dwar l-istorja tal-bini tal-Bibljoteka, is-sehem ta’ Agius de Soldanis, il-katalogar tal-kotba jew dokumenti, il-kotba b’ legatura personalizzata, l-album tal-akwarelli, l-eqdem mappa ta’ Malta (jiġifieri dik tal-1490), u t-Taqsima tar-Restawr tal-istess Bibljoteka. Uħud minn dawn il-kotba antiki u imprezzabbli ntwerew lill-istudenti biex filwaqt li jagħrfu t-teżori stampati li għandna, japprezzaw ukoll il-ħidma kbira li ssir fil-Bibljoteka biex dawn jitħarsu. Wara l-filmat, l-istudenti telgħu fis-sala ewlenija fejn setgħu jaraw għadd ta’ manuskritti u kotba marbutin mal-istorja tal-lingwa u l-letteratura Maltija, u setgħu jaħdmu t-taħriġ li kellhom fi ktejjeb imħejji apposta għal din l-attività.
0 Comments
Your comment will be posted after it is approved.
Leave a Reply. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|