ENĊIKLOPEDIJA ĊKEJKNA DWAR DAK KOLLU LI HU MALTI. ARA LI JKOLLOK KOPJA PERESS LI N-NUMRU HUWA LIMITAT.![]()
![]() L-EWWEL SENA (Form 1): il-Ħamis 11 ta' Ġunju IT-TIENI SENA (Form 2): it-Tlieta 16 ta' Ġunju IT-TIELET SENA (Form 3): il-Ġimgħa 12 ta' Ġunju IR-RABA' SENA (Form 4): it-Tnejn 15 ta' Ġunju Żomm ruħek aġġornat/a billi tidħol regolarment f'dan is-sit u tfittex ir-riżorsi skont il-Form tiegħek. Għall-karti tas-sena l-oħra ikklikkja din il-ħolqa: http://curriculum.gov.mt/en/Examination-Papers/Secondary-Papers/2014/Pages/default.aspx Heritage Malta ħadmet proġett-pilota għat-tfal tal-Ewwel Sena tas-Sekondarja b’rabta mal-Proġett tat-Taħdit. L-istudenti kellhom programm varjat li sar fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu u li fih semgħu, raw u pparteċipaw b’mod sħiħ f’għadd ta’ attivitajiet marbuta mal-ilbies tal-imgħoddi kif ukoll l-Inkwiżizzjoni Rumana li kellna f'pajjiżna. Id-Dipartiment tal-Malti tal-Kulleġġ San Injazju jxtieq jirringrazzja lis-Sa Jennifer Bugeja, għalliema peripatetika ta' Heritage Malta, lis-Sur Kenneth Cassar, il-Kuratur tal-Palazz tal-Inkwiżitur u lis-Sur Marlon Barbara, Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca li kien strumentali ħafna għall-organizzazzjoni tal-attività. Proset u grazzi! Esperjenza li niżlet tajjeb mal-istudenti tas-CCP tal-Ewwel u tat-Tieni Sena kienet dik li saret nhar il-Ħamis 23 t'April fir-ristorant ta' Nenu the Artisan Baker fil-Belt Valletta. Hemmhekk l-istudenti kellhom l-opportunità li jagħmlu pizza jew kif tissejjaħ, ftira, b'affarijiet naturali bħal basal, tadam, żebbuġ, kappar, u ġbejniet. Kull pizza kellha numru abbonat ma' żewġ studenti biex wara kulħadd jiekol il-pizza li jkun ħadem u żejjen hu. Ma setgħetx tonqos l-esperjenza ta' Nenu li kemm hu, kif ukoll martu, għaddew ħajjithom fil-forn jaħmu l-ħobż. Nhar il-Ħamis 16 t'April 2015 studenti tal-Ewwel u tat-Tieni Sena kellhom l-opportunità jżuru l-fabbrika tal-MAYPOLE li qegħda biswit l-iskola tagħna. Hemmhekk, grazzi għas-Sur James Debono, Direttur tal-fabbrika, l-istudenti setgħu isegwu l-proċess ta' kif isir il-ħobż. Raw kif issir u tintgħaġen l-għaġina flimkien mal-ingredjenti li jkollha, flimkien mal-proċess kollu sakemm il-ħobż jasal biex jiddaħħal fil-forn. L-istudenti kellhom ukoll l-opportunità li jaħdmu l-għaġina huma u jagħmlu l-ħobż għall-gost tagħhom. Fl-aħħar huma stess raw ix-xogħol tagħhom jinħema fil-forn. M'għandniex xi ngħidu huma stess tiegħmu l-ħobż tagħhom. Kulħadd baqa' mistagħġeb bil-benna tal-ħobż frisk u bnin li kien għadu kif ħareġ mill-forn. Niringrazzjaw ħafna lis-Sur James Debono tal-opportunità li ta lill-istudenti flimkien mal-informazzjoni interessanti li għaddhielhom, kif ukoll lis-Sur Oliver Cassar li kkoordina din l-attività. Żgur li l-istudenti mhu se jinsew qatt din l-esperjenza unika. Nhar it-Tlieta 17 ta' Marzu 2015, grupp ta' studenti tal-Ewwel Sena flimkien mal-għalliema tal-Malti ġew mistiedna biex iżuru l-fabbrika tal-MAYPOLE. Kienu huma stess li taw daqqa t'id fil-preparazzjoni ta' xi ikel fosthom iż-żeppoli (ħelu marbut mal-fesa ta' San Ġużepp) u l-figolli. L-istudenti wrew entużjażmu kbir. Grazzi għad-direttur huma kisbu wkoll tagħrif dwar il-ħobż tal-Malti flimkien mal-proċess kollu sakemm jasal fid-djar tagħna. Id-Dipartiment tal-Malti jixtieq jirringrazzja ħafna lid-diretturi tal-Maypole tal-opportunità li taw lill-istudenti tagħna. Żgur li kienet esperjenza li jibqgħu jiftakruha ħajjithom kollha. Nhar l-Erbgħa 25 ta' Marzu u l-Ħamis 26 ta' Marzu se jsiru JUM IL-ĠENITURI. FIl-25 ta' Marzu se niltaqgħu mal-ġenituri/kustodji tal-istudenti tal-Ewwel u t-Tielet Sena u fis-26 ta' Marzu mal-ġenituri/kustodji tal-istudenti tat-Tieni u r-Raba' Sena. Aħna l-għalliema tal-Malti disposti li niltaqgħu magħkom biex niddiskutu u nevalwaw il-progress ta' wliedkom.
|
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
June 2022
kategoriji
All
|