Bħala għajnuna għall-proġett tat-Taħdit li għandhom l-istudenti tal-Ewwel Sena kif ukoll bħala apprezzament lejn id-drawwiet li jiffurmaw parti mill-folklor ta' pajjiżna, ġew mistiedna l-Greenfields biex jaqsmu magħna xi kanzunetti tagħhom. Kienet attività sabiħa speċjalment minħabba l-fatt li l-istudenti permezz ta' preżentazzjonijiet setgħu jsegwu l-lirika tal-kanzunetti u jkunu huma stess li jkantaw. Ma setax jonqos kanuznetti bħal Il-Karozzin, Il-Vapur tal-Art, Il-Ħanut tal-Kantuniera, u kanzunetti popolari oħra.
0 Comments
Nhar l-Erbgħa 26 ta' Novembru, l-iskola laqgħet lill-kantanta brava, Corazon Mizzi. Wara laqgħa li kellha mal-Kap tal-Iskola u l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti, hija kantat 5 kanzunetti quddiem l-istudenti kollha tat-Tielet u r-Raba' Sena. Ilkoll baqgħu mistgħaġba bil-lirika kif ukoll bil-mużika tal-kanzunetti tagħha. Corazon, b'għaqal u fl-istess ħin b'kunfidenza kbira għarfet twassal diversi valuri lill-istudenti speċjalment meta rrakontat l-esperjenzi tagħha meta kienet studenta l-iskola, kif ukoll dak li qanqalha biex tikteb dawn il-kanuzentti.
Prosit tassew lil Corazon u lill-istudenti kollha. Jalla fil-futur xi wħud minn dawn l-istudenti jkunu wkoll kantanti ta' livell li jpaxxu l-widna ta' min jismagħhom u fl-istess ħin jagħtu dinjità lil-lingwa Maltija. Tista' tgħid li t-tfal kollha jħobbuhom l-annimali. U f'din il-klassi m'aħniex neqsin! Fuq għażla tal-istudenti nfushom iddiskutejna "L-annimali u l-moħqrija". Bdejna l-ewwel b'diskussjoni fejn tlaqna minn dak li jafu huma, mill-ħajja ta' kuljum. Ħarġu b'punti u esperjenzi li kemm jien u kemm l-LSAs tal-klassi bqajna skantati dwar kemm jafu! Qasmu mal-klassi, pereżempju, il-moħqrija fuq klieb u sriedak meta jġellduhoum għall-flus u msieken huma dawk li jitilfu!
Kien hemm min saħansitra tkellem dwar l-annimali li jintużaw għall-wirjiet fiċ-ċirklu. Kważi kollha qbilna li xi ftit jew wisq jinħaqru sakemm jiġu mgħallma, apparti li jkunu msakkrin u mhux jiġru fil-beraħ kif inhuma maħluqa li jgħixu. Peress li kien imissna nagħmlu kitba funzjonali ddeċidejna li noħolqu slowgan fejn nuru d-dispjaċir tagħna għal mod kif jiġu trattati xi annimali. Il-messaġġ magħżul kien, "L-annimali sbieħ meħlusa". Fittixna stampi ta' annimali differenti u qasqasnihom. Waħħalnihom fuq karti kkuluriti, ktibna u żejjinna b'disinji u kuluri. Meta nixef kollox, waħħalna l-prodott lest fuq injam rettangulari li kellha wkoll lasta pulita bħala maqbad. Issa kien jonqos biss li nsemmgħu leħinna u nipprotestaw favur l-annimali! Kif jidher ċar mir-ritratti hawn taħt, l-istudenti ħadu gost b'din l-attività. Prosit tassew! F’attività oħra, Gianluca Gafà, ħoloq logħba bl-ittri tal-alfabett. Żamm it-tema tal-Istrina u nissel diversi kliem konnessi ma’ valuri. Waqt sessjoni tal-mentoring, dawn l-istudenti ħadu sehem fl-attività tal-Istrina li għaliha attenda s-Sur Edgar Preca, ir-raġel tal-President ta’ Malta. Huma għażlu li jagħmlu kartolina mdaqqsa u ddeċidew li d-disinn jinħoloq billi jpoġġu jdejhom ħdejn xulxin. Wara jiktbu isimhom ġos-swaba’ u jagħtu l-kulur. Magħhom żiedu l-ismijiet tal-mentor tagħhom kif ukoll tal-LSAs tal-klassi. It-tema kienet: "Daqqa t’id għall-Istrina.”
Ħajr lil kull min ħa sehem f'din l-okkażjoni u ringrazzjament lill-kumpannija MAYPOLE. Ringrazzjament imur ukoll lill-grupp folkloristiku 'Il-Qamħa' tal-għajnuna u għall-kostumi provduti. Niżżel il-bandu li nqara minn hawn...
FROTT IL-FIERA! Wara ż-żjara li għamlu l-istudenti tal-klassi tal-Kompetenzi Ewlenin tal-Ewwel Sena flimkien mal-għalliema tagħhom is-Sa MD Baldacchino, deher li ħareġ il-frott! Ara dawn l-intervisti t'hawn taħt.
Itlob iktar informazzjoni lill-għalliema tal-Malti. B'donazzjoni ta' 50ċ ikollok biljett WIEĦED u b'€1 ikollok tliet biljetti.
|
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|