L-istudenti li jsegwu l-programm tal-Malti bħala lingwa barranija għażlu tema li studjaw sa issa u kitbu ftit sentenzi dwarha. Nistednukom taqrawhom.
0 Comments
It-tieni term infetaħ bit-tema tal-passatempi. Waħda mil-lezzjonijiet tal-kitba kienet marbuta ma’ kisba numru 7: Nikteb, waħdi jew ma' sħabi, poeżiji jew taqbiliet ta' ġeneri u forom differenti għall-gost fuq temi li jolqtuni u li jkun fihom figuri tat-taħdit u tal-ħoss sempliċi.
L-istudenti tas-Seba’ Sena kienu mħeġġa biex jippruvaw jiktbu taqbila marbuta mal-passatemp favorit tagħhom. Dan sabiex waqt li jieħdu gost jiktbu, ikomplu jipprattikaw aspetti letterarji li bdew jitgħallmu f’din is-sena skolastika, fosthom: l-istrofa, il-vers, ir-rima mbewsa (jew meta vers jaqbel eżatt ma’ ta’ taħtu), il-metafora, is-similitudni u l-anafora. It-taqbiliet saru minn għadd ta’ studenti tal-klassijiet 7H, 7C U 7I li xtaqu jaqsmuhom mal-qarrejja filwaqt li jistiednu lill-istudenti biex jippruvaw jidentifikaw l-aspetti letterarji ta’ kull taqbila! |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|