studju_nofs_is-sena_form_1.pdf |
studju_nofs_is-sena_form_2.pdf |
studju_nofs_is-sena_tielet_sena.pdf |
studju_nofs_is-sena_form_4.pdf |
L-EWWEL SENA
IT-TIENI SENA
IT-TIELET SENA
IR-RABA' SENA
0 Comments
Form 1: l-Erbgħa 4 ta' Frar Form 2: it-Tnejn 9 ta' Frar Form 3: il-Ġimgħa 6 ta' Frar Form 4: il-Ħamis 5 ta' Frar L-eżamijiet kollha jinkludu l-Fehim mis-Smigħ (Listening Comprehension). L-eżami orali jew tat-Taħdit isir fil-klassi qabel l-eżami. Dawn l-eżamijiet orali jiġbru fihom 10 marki kull wieħed mill-karta tal-kitba. Karti tal-eżamijiet ta' NOFS IS-SENA tas-sena 2014: FORM 1 (is-Seba' Sena):
FORM 2 (it-Tmien Sena):
FORM 3 (id-Disa' Sena):
FORM 4 (l-Għaxar Sena): (Nota: dawn il-karti huma tal-iskola tas-subien peress li s-sena li għaddiet ma kellniex studenti tal-Form 4)
Min ikollu xi diffikultà huwa mitlub jinforma lill-għalliem/a tiegħu. Iktar 'il quddiem ngħaddulkom iktar informazzjoni. Għalissa nħeġġukom biex tibdew tippreparaw ruħkom.
Kagħak tal-għasel, imqaret, ħobż tal-Malti bil-kunserva u ż-żejt taż-żebbuġa, galletti, bigilla...! Id-Dipartiment tal-Malti ta sehmu fl-attività "Is-Suq tal-Milied" fejn kull dipartiment tal-lingwi differenti fl-iskola ppreżenta l-ikel tradizzjonali tal-pajjiż li jirrappreżenta. Prosit lil kull min ħa sehem. Bħala għajnuna għall-proġett tat-Taħdit li għandhom l-istudenti tal-Ewwel Sena kif ukoll bħala apprezzament lejn id-drawwiet li jiffurmaw parti mill-folklor ta' pajjiżna, ġew mistiedna l-Greenfields biex jaqsmu magħna xi kanzunetti tagħhom. Kienet attività sabiħa speċjalment minħabba l-fatt li l-istudenti permezz ta' preżentazzjonijiet setgħu jsegwu l-lirika tal-kanzunetti u jkunu huma stess li jkantaw. Ma setax jonqos kanuznetti bħal Il-Karozzin, Il-Vapur tal-Art, Il-Ħanut tal-Kantuniera, u kanzunetti popolari oħra.
Nhar l-Erbgħa 26 ta' Novembru, l-iskola laqgħet lill-kantanta brava, Corazon Mizzi. Wara laqgħa li kellha mal-Kap tal-Iskola u l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti, hija kantat 5 kanzunetti quddiem l-istudenti kollha tat-Tielet u r-Raba' Sena. Ilkoll baqgħu mistgħaġba bil-lirika kif ukoll bil-mużika tal-kanzunetti tagħha. Corazon, b'għaqal u fl-istess ħin b'kunfidenza kbira għarfet twassal diversi valuri lill-istudenti speċjalment meta rrakontat l-esperjenzi tagħha meta kienet studenta l-iskola, kif ukoll dak li qanqalha biex tikteb dawn il-kanuzentti.
Prosit tassew lil Corazon u lill-istudenti kollha. Jalla fil-futur xi wħud minn dawn l-istudenti jkunu wkoll kantanti ta' livell li jpaxxu l-widna ta' min jismagħhom u fl-istess ħin jagħtu dinjità lil-lingwa Maltija. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
June 2022
kategoriji
All
|