Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Novembru 2015, id-Dipartiment tal-Malti organizza ħarġa edukattiva fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu, għal xi studenti tal-Ewwel u tal-Ħames Sena. Matul din il-ħarġa, l-istudenti kellhom l-opportunità jaraw xi aspetti u drawwiet tal-Maltin taż-żminijiet l-imgħoddija, bħall-qoton u l-ilbies tal-Maltin, kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel. B’żieda ma’ dan, l-istudenti kellhom iċ-ċans ukoll jaraw mill-qrib iċ-ċelel li jinsabu f’dan l-istess palazz. Barra minn hekk, matul din iż-żjara, l-istudenti libsu xi lbies tradizzjonali u rreċtaw żewġ reċti mibnija fuq każijiet li seħħew fl-imgħoddi. Kienet ħarġa li fiha, kemm l-istudenti kif ukoll l-għalliema, ħadu pjaċir u tgħallmu ħafna! |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|