Il-Premju Frans Sammut jingħata b'rikonoxximent għall-ħeġġa fit-tixrid tal-Malti fit-taħdit, fil-qari u fil-kitba fl-oqsma kollha tal-ħajja. L-iskola sekondarja tal-Ħandaq rebħet l-Ewwel Premju fil-kategorija tal-Iskejjel. Hawn taħt jidher it-trofew flimkien maċ-ċertifikat li ngħata lill-Kap tad-Dipartiment tal-Malti, is-Sur Alan Saliba mill-Eċċellenza Tagħha l-President ta' Malta, is-Sa Marie Louise Coleiro Preca f'lejla li saret apposta nhar il-Ġimgħa 11 ta' Diċembru 2015.
Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Novembru 2015, id-Dipartiment tal-Malti organizza ħarġa edukattiva fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu, għal xi studenti tal-Ewwel u tal-Ħames Sena. Matul din il-ħarġa, l-istudenti kellhom l-opportunità jaraw xi aspetti u drawwiet tal-Maltin taż-żminijiet l-imgħoddija, bħall-qoton u l-ilbies tal-Maltin, kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel. B’żieda ma’ dan, l-istudenti kellhom iċ-ċans ukoll jaraw mill-qrib iċ-ċelel li jinsabu f’dan l-istess palazz. Barra minn hekk, matul din iż-żjara, l-istudenti libsu xi lbies tradizzjonali u rreċtaw żewġ reċti mibnija fuq każijiet li seħħew fl-imgħoddi. Kienet ħarġa li fiha, kemm l-istudenti kif ukoll l-għalliema, ħadu pjaċir u tgħallmu ħafna! Il-kitba ta' riklam fi klassi tat-tielet sena. Nhar it-Tnejn 19 t'Ottubru klassi tal-Ewwel Sena ħadet sehem f'attività kommemorattiva fl-anniversarju tat-twelid / il-mewt tal-poeta nazzjonali Dun Karm. Din l-attività saret fl-iskola primarja ta' Ħaż-Żebbuġ fil-Kulleġġ San Injazju. L-attività kienet tiġbor fiha qari ta' bijografija u xi poeżiji li xi wħud minnhom tkantaw ukoll fosthom l-Innu ta' Filgħodu. Wara l-istudenti preżenti ħadu sehem f'korteo lejn il-monument ta' Dun Karm f'Ħaż-Żebbuġ. Christina Debattista f'isem sħabha tal-klassi ppreżentat bukkett fjuri quddiem l-istess bust. Wara l-koreto kompla lejn il-qabar tiegħu. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
June 2022
kategoriji
All
|