Issa li għaddew il-vaganzi tas-sajf bħal leħħa ta' berqa, erġajna lura lejn ir-rutina tal-ħarifa li tinkludi wkoll l-iskola! Min jaf kemm ħadtu gost li erġajtu ltqajtu ma' sħabkom u kemm ħa tagħmlu oħrajn ġodda matul din is-sena.
Id-Dipartiment tal-Malti jixtieq jilqa' b'mod speċjali lill-istudenti ġodda tas-seba' sena li ngħaqdu magħna din is-sena, fosthom wkoll dawk tal-Kulleġġ St Thomas Moore. Nipseraw li din tkun esperjenza sabiħa.
Filwaqt li nixtiqulkom sena skolastika mill-isbaħ, inħeġġukom biex tagħmlu użu minn dan is-sit u li tibagħtulna l-kitbiet tagħkom biex inxerrduhom.
Tislijiet!