L-eżami Annwali tal-Malti għall-istudenti tal-5 Sena se jsir nhar it-Tnejn 13 ta' Frar 2017. Għal dawk li qegħdin f'Rotta 3 jew Rotta 2, fl-ewwel sessjoni se jkun hemm il-karta tal-Letteratura (2A jew 2B) skont l-għażla li għamlu. Fit-tieni sessjoni ssir il-karta tal-Lingwa. Dawk li huma f'Rotta 1 jagħmlu karta apposta għalihom fl-ewwel sessjoni biss. Barra dan, l-istudenti li qegħdin f'Rotta 3 u Rotta 2 se jkollhom ukoll l-eżami Orali nhar il-Ħamis 16 ta' Frar 2017. L-istudenti li qegħdin f'Rotta 1 ma jkollhomx Eżami Orali. Jekk trid iktar informazzjoni niżżel u aqra l-linji gwida li jidhru f'dan id-dokument t'hawn taħt għax bniedem avżat, nofs armat! Min ikollu l-iċken diffikultà jitkellem mal-għalliema tiegħu għax il-mistoqsija oħt il-għerf!
Nhar il-Ġimgħa 16 ta' Diċembru, l-istudenti tal-Kompetenzi Ewlenin tas-Seba' Sena (Form 1) kellhom esperjenza oħra marbuta mal-ktieb. Din id-darba, grazzi għall-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, ilqajna fostna lis-Sur Roderick Vassallo, attur u lekċerer, li qara diversi siltiet mill-ktieb Kunċett u Marinton ta' Trevor Zahra. L-istudenti baqgħu mistagħġba bil-ħila li wera s-Sur Vassallo waqt il-qari u xi daħka ma naqsitx ukoll. Wara din is-sessjoni kien hemm ħin ta' diskussjoni u qsim ta' ideat. Wara l-istudenti spiċċaw b'kikkra kafè sħuna u xi mqaret. Nirringrazzjaw lis-Sur David Muscat, Uffiċjal Edukattiv tal-Malti u Koordinatur tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu li permezz tiegħu din l-attività saret possibli. Nhar il-Ġimgħa 16 ta' Diċembru, id-Dipartiment tal-Malti ħa sehem fis-Suq tal-Milied organizzat fl-entratura prinċipali tal-iskola. Kien hemm għall-bejgħ ħelu tipikament Malti relatat ma' żmen il-Milied fosthom il-qagħaq tal-għasel. F'dan is-suq ħadu sehem il-lingwi kollha li jiġu mgħallma fl-iskola li huma l-Ingliż, it-Taljan, il-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ispanjol. Tliet studenti mill-Pakistan taw iis-sehem tagħhom ukoll billi ppreparaw ikel tipiku tal-Pakistan. Nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Diċembru, il-klassijiet 4.4 u 4.5 flimkien mal-għalliema tagħhom attendew għat-tnehdija tal-ktieb ‘Il-Kulur tal-Lellux’ ta' Rita Saliba. Dakinhar l-istudenti ħadu sehem f’‘workshop’ fejn matulu, l-awtriċi tal-istess ktieb qrat siltiet minnu u wara kull silta saret attività marbuta ma’ dak li nqara. L-istudenti setgħu jinnutaw kemm dak li tgħaddi minnu Amber, il-karattru ewlieni tar-rumanz, hu simili għal dak li jgħaddu minnu l-istudenti fil-fażi tal-adolexxenza. Din l-attività saret flimkien ma’ youth workers mill-Aġenzija Żgħażagħ. L-ewwel sena
IT-TIENI SENA
iR-RABA' SENA
|
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|