Nhar it-Tlieta 26 t'April, xi studenti tar-Raba' Sena kellhom l-opportunità li jżuru l-Bibljoteka Nazzjonali u japprezzaw it-teżori stampati li hemm merfugħa fiha. L-attività kienet tikkonsisti f’żewġ partijiet. Fl-ewwel parti ntwera filmat dwar l-istorja tal-bini tal-Bibljoteka, is-sehem ta’ Agius de Soldanis, il-katalogar tal-kotba jew dokumenti, il-kotba b’ legatura personalizzata, l-album tal-akwarelli, l-eqdem mappa ta’ Malta (jiġifieri dik tal-1490), u t-Taqsima tar-Restawr tal-istess Bibljoteka. Uħud minn dawn il-kotba antiki u imprezzabbli ntwerew lill-istudenti biex filwaqt li jagħrfu t-teżori stampati li għandna, japprezzaw ukoll il-ħidma kbira li ssir fil-Bibljoteka biex dawn jitħarsu. Wara l-filmat, l-istudenti telgħu fis-sala ewlenija fejn setgħu jaraw għadd ta’ manuskritti u kotba marbutin mal-istorja tal-lingwa u l-letteratura Maltija, u setgħu jaħdmu t-taħriġ li kellhom fi ktejjeb imħejji apposta għal din l-attività.
0 Comments
Nhar l-Erbgħa 6 t'April, l-istudenti kollha tar-Raba' Sena kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-poeti Ġorġ Borg u Victor Fenech. Dawn il-poeti qasmu magħhom l-interpretazzjoni tal-poeżiji Passaġġi u Jien miktuba mill-istess poeti rispettivament. L-istudenti intervistaw lill-poeti dwar il-ħajja poetika tagħhom u l-poeti nfushom qasmu magħhom esperjenzi personali speċjalment uħud li qanqluhom biex jikbtu l-poeżiji. Fi tmiem il-programm l-istudenti kollha kellhom attività fi gruppi li fiha kienu huma stess li kitbu min huma (Jien) kif ukoll jiktbu passaġġi diversi li tiġbor fiha l-ħajja tal-bniedem. Żgur li kienet esperjenza sabiħa għal kulħadd. Grazzi dejjem lill-poeti li taw ftit mill-ħin tagħhom għall-benefiċċju tal-istudenti tagħna. Dan qiegħed għall-użu tiegħek biex il-Malti jinkiteb dejjem sewwa kif jixraqlu. Prosit tassew tal-inizjattiva.
Il-Ħamis 17 ta’ Marzu l-istudenti tas-CCP tal-Ewwel Sena ġew b’motivazzjoni kbira l-iskola minħabba l-ħarġa li kellhom. L-avventura għalihom bdiet malli tlaqna mill-iskola bil-mixi sal-fabbrika tal-MAYPOLE li qegħda ftit metri biss 'il bogħod mill-iskola. Dan għaliex ma kinitx xi ħaġa tas-soltu għalihom li jimxu mal-għalliema u l-LSA’s tagħhom. L-entużjażmu kompla jiżdied meta wasalna l-fabbrika fejn l-istudenti kellhom jilbsu ġagaga bajda u xibka ċelesti f’rashom fuq l-uniformi minħabba raġunijiet ta’ iġjene. Malli bdejna l-mawra tagħna f’dan il-post, l-istudenti baqgħu mistagħġba bil-kobor u fl-istess ħin bl-indafa u bl-organizzazzjoni li kien hemm f'din il-fabbrika. S'inetndi r-riħa taqsam tal-ħobż u l-pasti malajr daħlet fi mnifsejna, tant li dak il-ħin ilkoll waqqagħtilna żaqqna! Wara, dawn l-istudenti nqasmu f’diversi gruppi biex jagħmlu xogħlijiet differenti fosthom: iwaħħlu erba’ lewżiet (f’forma ta’ salib) fuq kull qagħqa tal-appostli, joħolqu kaxxa minn kartun ċatt biex ġo fiha titpoġġa figolla, jillejbiljaw kaxxi bl-ikel, jagħmlu ċikkulata fuq kannoli tal-krema u jimlew iż-żeppoli! Din l-attività ħolqot tbissima fuq kull student/a u kienet tassew esperjenza li żgur mhix se tintesa malajr! Għalhekk ir-ringrazzjament tagħna jmur għad-Diretturi tal-fabbrika MAYPOLE li ta' kull sena ma jiddejqux jilqgħuna. ![]() Issa li l-eżamijiet ta' Nofs is-Sena u dawk Annwali (tal-istudenti tal-Form 5) għaddew, żgur li l-istudenti, u anke intom il-ġenituri, tkunu qed tistennew fuq ix-xwiek dawk l-imberkin marki! Waqt Jum il-Ġenituri, li se jsir nhar it-Tnejn 21 u t-Tlieta 22 ta' Marzu, aħna, l-għalliema tal-Malti mmorru lilhinn mill-figuri imma flimkien nanalizzaw magħkom fejn jista' j/tirranġa l-istudent/a ħalli fl-eżami Annwali jinkisbu marki aħjar. Għalhekk napprezzaw ħafna li niltaqgħu magħkom għax l-interess tagħna jibqa' l-ġid ta' wliedkom. L-għalliema tal-Malti se jkunu fil-kmamar kif jidher hawn taħt:: Is-Sur Alan Saliba: Kamra 038 Is-Sa Raisa Xuereb: Kamra 121 Is-Sa Marthese Baldacchino: Kamra 121 Is-Sa Ruth Azzopardi: Kamra 122 Is-Sur Kurt Slattery: Kamra 122 Is-Sa Ancel Cefai: Kamra 123 Is-Sa Janica Magro: Kamra 123 Is-Sur Anthony Chetcuti: Kamra 124 Is-Sa Raisa Magro: Kamra 124 Is-Sa Jacqueline Darmanin: Kamra 125 Is-Sa Alexia J. Azzopardi: Kamra 126 Is-Sa Sabina Spiteri: Kamra 128 Nhar il-Ġimgħa 29 ta' Jannar dan is-sit rebaħ l-EMBED AWARDS għas-sena 2015 bħala l-aqwa sit fejn jidħol l-għarfien tal-Malti bil-kompjuter. Mertu ta' dan imur kemm għall-għalliema fi ħdan id-Dipartiment tal-Malti fil-Kulleġġ San Injazju, li kontinwament jikkontrbwixxu r-riżorsi tagħhom favur l-istudenti, kif ukoll l-istudenti nfushom li jkomplu jżejnu dan is-sit bil-kitbiet tagħhom. Grazzi u prosit lil kulħadd.
Hawn taħt għandek issib il-karti tal-eżamijiet ta' nofs is-sena 2014/2015. Il-karti ta' nofs is-sena 2013/2014 qegħdin f'din il-ħolqa: http://kitbietna.weebly.com/da295la/archives/01-2015 FORM 1
FORM 2
FORM 3
FORM 4
Il-karti annwali tal-Ħames Sena tas-sena l-oħra jinsabu HAWN.
L-EŻAMIJIET TA' NOFS IS-SENA 2015-2016il-Ħamis 11 ta' Frar 2016: eżami orali għall-istudenti tal-Ħames Sena
it-Tnejn 15 ta' Frar 2016: eżami għall-istudenti tal-Ewwel Sena it-Tlieta 16 ta' Frar 2016: eżami tal-Kitba għall-istudenti tal-Ħames Sena l-Erbgħa 17 ta' Frar 2016: eżami għall-istudenti tat-Tieni Sena il-Ħamis 18 ta' Frar 2016: eżami għall-istudenti tat-Tielet Sena il-Ġimgħa 19 ta' Frar 2016: eżami għall-istudenti tar-Raba' Sena Infakkru li l-eżami tal-istudenti tal-Ħames Sena huwa eżami annwali. F'dawn il-ġimgħat l-istudenti jkunu qed jagħmlu l-eżami tat-Taħdit li jsir fil-klassi. Dan jiġbor fiha massimu ta' 10 marki li jiffurmaw parti mill-eżami. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
June 2022
kategoriji
All
|