Din hija lista' ta' kotba li jistgħu jinqraw minn studenti tal-iskola medja, jew dawk li kienu Form 1 u Form 2 din is-sena. Dawn huma kollha kotba miktuba għalik biex tiggosta u tikber iktar fil-ħakma tal-lingwa Maltija. Din hija lista' ta' kotba li jistgħu jinqraw minn studenti tal-iskola sekondarja, jew dawk li kienu Form 3, Form 4 u Form 5 is-sena. Dawn huma kollha kotba miktuba għalik biex tiggosta u tikber iktar fil-ħakma tal-lingwa Maltija. Nhar l-Erbgħa 25 ta' Mejju, fl-okkażjoni ta' Jum Ħal Qormi, saret il-preżentazzjoni lir-rebbieħa tal-proġett marbut mal-ħobża Maltija: l-għaġna tiegħek qanqlitna biex niktbu. Ir-rigali u ċ-ċertifikati ġew ippreżentati mis-SIndku ta' Ħal Qormi, is-Sa Rosianne Cutajar fil-preżenza tas-Sur Oliver Cassar li kien l-animatur tal-proġett. Ringrazzjament speċjali jmur għall-kumpanija MAYPOLE li kienet hi li laqgħet lill-istudenti fil-fabbrika tagħha u li pprovdiet ir-rigali lill-istudenti.
Ir-Rebbieħa huma dawn: Klassi 1.2 (2014-2015) Klassi 2.2 (2014-2015) L-Ewwel Post: Jethro Attard L-Ewwel Post: Josiella Abdilla It-Tieni Post: Maria Cutajar It-Tieni Post: Catherine Mangion It-Tielet Post: Martina Catania It-Tielet Post: Kathryn Bugeja Rebbieħa oħra: Amy Borg, Amy Carabott, Francesca Gauci, Rachel Paris u Nicole Pisani. ![]() Ix-xahar ta' Ġunju huwa kkaratterizzat mill-eżamijiet annwali li jġibu fi tmiemha s-sena skolastika. L-eżamijiet tal-Malti se jsiru kif indikat hawn isfel. Form 1: il-Ġimgħa 17 ta' Ġunju Form 2: it-Tlieta 21 ta' Ġunju Form 3: it-Tlieta 14 ta' Ġunju Form 4: il-Ħamis 16 ta' Ġunju Form 5 (CCP): it-Tnejn 13 ta' Ġunju L-eżamijiet idumu sagħtejn u kwart bil-Fehim mis-Smigħ. Minn issa nawgurawlkom li tagħmlu reviżjoni xierqa biex tkunu ppreparati sew għall-eżamijiet. Żgur li aħna l-għalliema lesti li ngħinukom f'kull diffikultà li jkollkom. L-Erbgħa 11 ta' Mejju żgur kienet ġurnata li l-istudenti tal-Kompetenzi Ewlenin tat-Tieni Sena kienu qed jistennew bi ħġarhom. Huma kellhom tistennihom esperjenza edukattivta marbuta mal-annimali f'razzett Malti. L-istudenti kellhom l-opportunità li jitħarrġu fil-komponenti ewlenin tal-lingwa madwar it-tema L-Annimali Ħbieb tagħna. L-istudenti tħejjhielhom ktejjeb ta’ taħriġ apposta u kienu ggwidati mir-raħħal tar-razzett dwar it-trobbija tal-baqar u l-ħnieżer. Ma naqsux l-esperjenzi tal-istudenti li huma stess temgħu l-baqar u refgħu f’idejhom ħnieżer żgħar li kienu għadhom kemm twieldu. Ma' dawn ma naqsux ukoll rikbiet fuq debba żgħira u mixjiet fil-kampanja ta' madwar ir-razzett. Żgur li kienet esperjenza li tibqa' mmarkata fl-istudenti u li kabbret fihom l-għarfien ta' dawn l-annimali u r-rispett li jistħoqqilhom. ![]() Nhar il-Ġimgħa 29 t'April tnediet wirja ta' fotografija u filmati marbuta ma' xi novelli meħuda mill-Arja Friska, li huwa ktieb ta' novelli għall-istudenti tal-Ewwel u tat-Tieni Sena. Dawn inħadmu minn numru ta' studenti tal-Kulleġġ tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST. Għal din l-okkażjoni kellna fostna lill-Onorevoli Ministru tal-Edukazzjoni s-Sur Evarist Bartolo, il-Prinċipal tal-MCAST is-Sur Stephen Cachia, il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Injazju, l-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti u l-lettur responsabbli mill-Proġett is-Sur Ian Attard. Ippreżentat l-attività l-istudenta Rhoda Lee Eaton Richards, filwaqt li l-istudenti Marlena Abela, Gilbert Borg u Rachel Paris qasmu magħna l-kitbet tagħhom. Min-naħa l-oħra, l-istudenti Nicole Sciberras u Nicole Falzon kantaw il-poeżija Il-Kebbies tal-Fanali ta' Anton Buttigieg. Kienu preżenti wkoll l-istudenti kollha tal-Ewwel u tat-Tieni Sena.
|
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
June 2022
kategoriji
All
|