Kien hemm min saħansitra tkellem dwar l-annimali li jintużaw għall-wirjiet fiċ-ċirklu. Kważi kollha qbilna li xi ftit jew wisq jinħaqru sakemm jiġu mgħallma, apparti li jkunu msakkrin u mhux jiġru fil-beraħ kif inhuma maħluqa li jgħixu.
Peress li kien imissna nagħmlu kitba funzjonali ddeċidejna li noħolqu slowgan fejn nuru d-dispjaċir tagħna għal mod kif jiġu trattati xi annimali. Il-messaġġ magħżul kien, "L-annimali sbieħ meħlusa". Fittixna stampi ta' annimali differenti u qasqasnihom. Waħħalnihom fuq karti kkuluriti, ktibna u żejjinna b'disinji u kuluri. Meta nixef kollox, waħħalna l-prodott lest fuq injam rettangulari li kellha wkoll lasta pulita bħala maqbad.
Issa kien jonqos biss li nsemmgħu leħinna u nipprotestaw favur l-annimali! Kif jidher ċar mir-ritratti hawn taħt, l-istudenti ħadu gost b'din l-attività. Prosit tassew!