Prosit tassew lil Corazon u lill-istudenti kollha. Jalla fil-futur xi wħud minn dawn l-istudenti jkunu wkoll kantanti ta' livell li jpaxxu l-widna ta' min jismagħhom u fl-istess ħin jagħtu dinjità lil-lingwa Maltija.
Nhar l-Erbgħa 26 ta' Novembru, l-iskola laqgħet lill-kantanta brava, Corazon Mizzi. Wara laqgħa li kellha mal-Kap tal-Iskola u l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti, hija kantat 5 kanzunetti quddiem l-istudenti kollha tat-Tielet u r-Raba' Sena. Ilkoll baqgħu mistgħaġba bil-lirika kif ukoll bil-mużika tal-kanzunetti tagħha. Corazon, b'għaqal u fl-istess ħin b'kunfidenza kbira għarfet twassal diversi valuri lill-istudenti speċjalment meta rrakontat l-esperjenzi tagħha meta kienet studenta l-iskola, kif ukoll dak li qanqalha biex tikteb dawn il-kanuzentti. Prosit tassew lil Corazon u lill-istudenti kollha. Jalla fil-futur xi wħud minn dawn l-istudenti jkunu wkoll kantanti ta' livell li jpaxxu l-widna ta' min jismagħhom u fl-istess ħin jagħtu dinjità lil-lingwa Maltija.
0 Comments
Your comment will be posted after it is approved.
Leave a Reply. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|