F’attività oħra, Gianluca Gafà, ħoloq logħba bl-ittri tal-alfabett. Żamm it-tema tal-Istrina u nissel diversi kliem konnessi ma’ valuri. Waqt sessjoni tal-mentoring, dawn l-istudenti ħadu sehem fl-attività tal-Istrina li għaliha attenda s-Sur Edgar Preca, ir-raġel tal-President ta’ Malta. Huma għażlu li jagħmlu kartolina mdaqqsa u ddeċidew li d-disinn jinħoloq billi jpoġġu jdejhom ħdejn xulxin. Wara jiktbu isimhom ġos-swaba’ u jagħtu l-kulur. Magħhom żiedu l-ismijiet tal-mentor tagħhom kif ukoll tal-LSAs tal-klassi. It-tema kienet: "Daqqa t’id għall-Istrina.”
0 Comments
Your comment will be posted after it is approved.
Leave a Reply. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|