L-istudenti tas-Seba’ Sena kienu mħeġġa biex jippruvaw jiktbu taqbila marbuta mal-passatemp favorit tagħhom. Dan sabiex waqt li jieħdu gost jiktbu, ikomplu jipprattikaw aspetti letterarji li bdew jitgħallmu f’din is-sena skolastika, fosthom: l-istrofa, il-vers, ir-rima mbewsa (jew meta vers jaqbel eżatt ma’ ta’ taħtu), il-metafora, is-similitudni u l-anafora.
It-taqbiliet saru minn għadd ta’ studenti tal-klassijiet 7H, 7C U 7I li xtaqu jaqsmuhom mal-qarrejja filwaqt li jistiednu lill-istudenti biex jippruvaw jidentifikaw l-aspetti letterarji ta’ kull taqbila!