Malli bdejna l-mawra tagħna f’dan il-post, l-istudenti baqgħu mistagħġba bil-kobor u fl-istess ħin bl-indafa u bl-organizzazzjoni li kien hemm f'din il-fabbrika. S'inetndi r-riħa taqsam tal-ħobż u l-pasti malajr daħlet fi mnifsejna, tant li dak il-ħin ilkoll waqqagħtilna żaqqna! Wara, dawn l-istudenti nqasmu f’diversi gruppi biex jagħmlu xogħlijiet differenti fosthom: iwaħħlu erba’ lewżiet (f’forma ta’ salib) fuq kull qagħqa tal-appostli, joħolqu kaxxa minn kartun ċatt biex ġo fiha titpoġġa figolla, jillejbiljaw kaxxi bl-ikel, jagħmlu ċikkulata fuq kannoli tal-krema u jimlew iż-żeppoli!
Din l-attività ħolqot tbissima fuq kull student/a u kienet tassew esperjenza li żgur mhix se tintesa malajr! Għalhekk ir-ringrazzjament tagħna jmur għad-Diretturi tal-fabbrika MAYPOLE li ta' kull sena ma jiddejqux jilqgħuna.