Minn dejjem xtaqet li jkollha familja sabiħa u magħquda bħal tal-oħrajn. Kellha omm li hi biss kienet iġibilha rispett u ttieha kull ma trid. Din il-persuna Emma tammiraha ħafna. Għandha qalbha kbira u tad-deheb u tħobb lil kulħadd.
Bdiet tibker u għalqet erba’ snin. Imma ġara li bdiet tara ħafna xeni li suppost tfal tal-eta’ tagħha ma jarawx. Missierha kien aggressiv ħafna magħha u ma’ ommha - dik il-persuna lil tant kienet tħobb Emma. Missierha ma kienx jiflaħ jara lil ommha tieħu naqra gost jew tidħak ftit. Kien iebes wisq magħha. Emma kibret u bdiet timmatura. Baqgħet tara minn kollox: swat, theddid u ħafna aktar.
Wasal għeluq sninha. Għalqet tnax-il sena. Kienet ferħana u ommi xtaqet tferraħha ftit. Għalhekk ġabiltilha lil sħabha tal-iskola u anke xi ħbieb li taf Emma. Ħadu gost sakemm wasal missierha u bħas-soltu keċċielha lil sħabha ‘l barra u kissrilha kull rigal sabiħ li kellha.
Emma sabet xi ħbieb li jħobbuha u jirrispetawha ħafna. Huma qegħdin fil-klassi tagħha ukoll. Iċemplulha u jaraw għandhiex bżonn ta’ xi għajnuna.
Għalkemm Emma għaddiet minn dan kollu hi taf li f’ommha sabet persuna li tħobbha u tirrispettaha!
Shaniah Cuschieri