Jien nieħu gost meta tasal tmiem il-ġimgħa għax nieħu break mill-iskola u noħroġ mal-ħbieb tiegħi. Il-ġimgħa filgħaxija nibda billi mmur il-mużew u niltaqa’ mal-ħbieb. Wara li nlestu l-lezzjoni jiena u xi ħbieb minn tiegħi immorru sal-bandli fejn noqogħdu nitkellmu, nilagħbu, ngħidu x’kellna xogħol tad-dar u se nagħmlu is-Sibt u l-Ħadd. Wara xi siegħa mmur lura d-dar niekol u nitla’ norqod.
Is-Sibt filgħodu nqum nieħu l-kolazzjon immur il-quddies tat-tfal u nerġa lura d-dar. Naqra ftit u nistudja u wara noqogħod nilgħab. Xi l-ħamsa nidħol ninħasel u mur il-quddies ta’ filgħaxija wara mmur għand in-nanna. Malli nasal id-dar inkun għajjiena u għalhekk nitla’ norqod.
Il-Ħadd inqum filgħodu nilbes u mmur mal-familja sa fuq il-monti tar-Rabat. Wara li nlestu nerġa lura d-dar u niekol, nara t-televixin u nidħol ninħasel ħalli mmurr inżur lin-nanniet. Malli nasal id-dar niekol u nitla’ norqod.
Xi kultant nghid li aħjar kieku tmiem il-ġimgħa tkun itwal ħalli ma tgħaddiex daqshekk malajr!
Rachel Callus
Il-bidu ta’ tmiem il-ġimgħa għalija jibda kif nasal id-dar mill-iskola nhar il-Ġimgħa u jispiċċa mal-irqad tal-Ħadd filgħaxija. Tmiem il-ġimgħa huwa sabiħ għalija għax huwa ħin ta’ mistrieħ u ħin ta’ waqfien mill-iskola u dak kollu li ġġib magħha. Hekk kif nhar ta’ Ġimgħa nasal id-dar mill-iskola, inlesti x-xogħol tad-dar, niekol xi ħaġa żgħira u ħafifa u wara mmur s’għand in-nanniet bil-mixi biex nara jekk ikollhomx bżonn xi ħaġa. Xi drabi mmur nagħmlilhom ix-xirja jew nagħmlilhom xi tindif u xi affarijiet ħfief oħra. Kull nhar ta’ Ġimgħa mmur il-Museum ukoll u hemm nieħu ħafna pjaċir ma’ sħabi l-bniet. Kif nasal id-dar nieklu u wara naraw xi film flimkien u kif jibdew jingħalqu għajnejja malajr immur norqod.
L-għada s-Sibt inqum kmieni biex immur it-taħriġ tal-isports. Jiena nittrenja l-baskitbol. Kif nasal id-dar ninħasel u wara mmur m’ommi biex nixtru. Kif niġu lura l-hena tiegħi nagħmlu l-affarijiet li xtrajna f’posthom.Wara mmur nisbarazza kamarti. Kif inlesti mmur ngħin lil ommi fl-ikla ta’ nofsinhar. Imbagħad mmur nistudja ftit. X’ħin tkun battiet ftit il-qawwa tax-xemx noħroġ il-kelba għal passiġġata. Wara, jew nintefa’ nilgħab m’oħti jew immur għand il-ħbieb tiegħi jew ġieli huma stess jiġu għandi biex nilagħbu flimkien. Eżatt wara li nilagħbu mmorru nieklu u wara malajar jasal ħin l-irqad.
Il-Ħadd filgħodu nqum kmieni għaliex inqum nipprepara biex immur nisma’ l-quddiesa mal-familja. Wara l-quddiesa sikwit immorru noffru xi talba u fjura lill-mejtin tagħna. Wara li mmorru ċ-ċimiterju nerħilha lejn id-dar u nieħu tazza ħalib jew kafè. Imbagħad wara naqra ftit. Wara l-qari noħroġ ftit ma’ sħabi. Aħna nħobbu mmorru sal-bandli biex niġru xi ġirja jew noqogħdu nitkellmu flimkien. Kif immur id-dar niekol mal-familja. Wara nħobb mmur norqod ftit. Imbagħad immur inżur lin-nanniet wara biex nara għandhomx bżonn xi ħaġa. Wara jkun sar ftit tal-ħin għaliex indum għand in-nanniet. Peress li jkun sar tard ħafna morru nieklu x’imkien barra jiena u l-familja, iżda xi drabi mmorru piknik u tgħidx kemm nieħdu pjaċir. Wara mmorru d-dar u nidħlu norqdu. Il-Ħadd nidħol norqod kmieni għax l-għada jkun imiss l-iskola.
Hekk inqattgħu tmiem il-ġimgħa jien. Kultant inkun nixtieq li dawn il-ġranet ma jispiċċaw qatt għaliex nagħmel ħafna affarijiet sbieħ.
Maria Martina Cutajar
Kulħadd ikun qed jistennieh tmiem il-ġimgħa biex nistrieħu xi ftit.
Huwa pjaċir tiegħi li tmiem inqattgħu kif ġej. Hekk kif nasal id-dar, nieklu bħala familja l-ikla li tkun sajjritilna ommi u nlesti x-xogħol tad-dar li jkunu tawni l-għalliema. Wara ftit inbiddel biex immur il-baskitbol. Nagħmel madwar siegħa u nofs taħriġ u nibqa’ sejra d-dar. Nieħu banju frisk u nerġa’ nbiddel biex immur id-duttrina. Kif tispiċċa d-dutttrina mmur s’għand in-nanna biex nara tkunx trid xi ħaġa u fl-istess ħin noqogħdu nitkellmu ftit flimkien. Nagħmlu xi siegħa hemmhekk u wara nerħulha lejn id-dar. Hemm naraw xi programm u wara mmorru norqdu. L-għada filgħodu nqum nieħu xi ħaġa u nibda xi ftit faċendi li tgħidli biex nagħmel ommi biex ngħinha. Wara nieklu l-ikla ta’ nofsinahar inlesti t-timetable tal-iskola u ġieli naqra xi ftit. Filgħaxija ninħasel u nbiddel biex l-ewwel immorru l-quddies u wara noħorġu flimkien mal-familja u xi ikla ma tonqosx. Kif naslu nbiddlu u mal-ewwel norqdu wara ġurnata mimlija daqs bajda. L-għada jasal ukoll. Inqum nieħu xi ħaġa u nipprepara għax ġieli noħroġ xi ftit mal-ħbieb. Kif ommi ċċempilli nitla’ lura lejn id-dar, u kif nasal, nieklu. Jiena flimkien ma’ oħti ngħinu lil ommi fil-platti billi naħsluhom u nixxuttawhom. Il-Ħadd inħobbu noħorġu ftit kmieni ħalli ma ndumux ħafna minħabba li l-għada nkun għall-iskola u l-ġenituri għax-xogħol. Kif naslu nbiddel u niċċekkja li jkolli kollox fil-basket, bil-lest għall-għada.
Kemm inħobbu tmiem il-ġimgħa l-iktar għax fih nagħmel affarijiet li ftit ikolli ċans nagħmel matul il-ġimgħa.
Elaine Aquilina
Inkun ilni ġimgħa sħiħa nqum kmieni biex immur l-iskola u għalhekk inkun ħerqana ħafna biex jasal tmiem il-ġimgħa biex b’hekk ikolli ftit tal-mistrieħ. Għalija tmiem il-ġimgħa jibda mill-Ġimgħa wara nofsinhar xħin tispiċċa l-iskola u jispiċċa mal-irqad ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn.
X’ħin nasal id-dar niekol u nlesti x-xogħol tal-iskola biex wara nkun nista’ nistrieħ u ngawdi u għalhekk ma noqgħodx ninkwieta li għandi x-xogħol tal-iskola fuq rasi. X’ħin kollox ikun lest immur inżur lill-kuġin tiegħi Deyan u noqogħdu nilagħbu flimkien. F’xis-sebgħa mmur lura d-dar waqt li l-familja tiegħi tkun miġbura flimkien. Bħala familja aħna nieklu l-ikla ta’ filgħaxija flimkien u wara jiena ngħin ftit lil ommi fil-faċendi. X’ħin inlestu npoġġu nistrieħu fuq is-sufan biex naraw xi film jew xi programm fuq it-televiżjoni flimkien.
L-għada s-Sibt inqum kmieni xorta waħda għaliex jiena nipprattika l-futbol. X’ħin nerġa’ lura d-dar niffriska ftit u naqbad naqra xi ktieb. Mhux l-ewwel darba li tmur għajni bija u għalhekk nistrieħ xi siegħa. Xi drabi s-Sibt filgħaxija mmorru għand xi ħbieb tal-familja.
L-ewwel ħaġa li nagħmel il-Ħadd filgħodu hija li mmur nisma’ l-quddiesa u wara mmur saċ-ċimiterju fejn hemmhekk ngħid xi talb għaz-ziju tiegħi. Wara nibqgħu sejrin inżuru lin-nanniet tiegħi. Il-Ħadd wara nofsinhar vera nkun qed nistennih għax immur sa Ta’ Qali mal-ħbieb tiegħi. Malli jdoqqu l-ħamsa nibdew nippreparaw biex ninġabru lura d-dar. Mal-wasla tiegħi d-dar nipprepara ruħi għal ġimgħa oħra ta’skola. B’hekk tmiem il-ġimgħa għadda wkoll imma jien veru sodisfatta li gawdejtu man-nies li huma qrib tiegħi li huma l-familja u l-ħbieb.
Aimee’ Duca
Jien illum ħa naqsam magħkom kif inqatta' tmiem il-ġimgħa. Dawn it-tlett ijiem li fihom speċjalment ngawdi lill-familja tiegħi.
Nibda bil-Ġimgħa wara l-iskola,inaqqar xi ħaġa u nagħmel ix-xogħol tad-dar li tatini l-għalliema. Għall-ħabta tas-sitta jkolli l-mużew u wara nilgħab ma' ħija. L-hena tiegħi li nintilef f'ħolma mill-isbaħ fi ktieb. Wara li niġi lura minn dik id-dinja ta' meravilji nara ftit televiżjoni.
Is-Sibt xorta waħda inqum kmieni u mmur il-banda fejn hemm nipprattika l-klarinet. Għall-ħabta tad-disgħa immur għand in-nanniet u wara mmur il-librerija. Għall-ħdax immur id-dar u ngħin l-ommi tipprepara xi ħaġa tal-ikel. Fis-sagħtejn immur l-Iscouts fejn ikun hemm jistenewni ħafna avventuri. Filgħaxija mmur nisma' l-quddies u wara mmur għand in-nanniet fejn hemm nintaqa' mal-kuġini u z-zijiet.
Il-Ħadd filgħodu inbakarlu kmieni u jiena u l-familja tiegħi nerħula għall-kampanja. Mat-tokki ta' nofsinhar ngħin il-ommi ssajjar u wara nieklu. Xi drabi nara t-teliviżjoni u drabi oħra noqgħod nilgħab fuq il-kompjuter. Nintemm il-Ħadd billi nisma' xi diski u naqra.
Jien inħobb tmiem il-ġimgħa għax ikun mimli daqs bajda u jkolli ħafna affarijiet li matul il-ġimgħa ma nistax nagħmilhom!
Kathryn Bugeja
Wara ġimgħa skola jasal iż-żmien ta’ mistrieħ. Imma jien kif inqattgħu tmiem il-ġimgħa? Jekk intom kurjużi biżżejjed, ibqgħu aqraw!
Ajma ma! fl-aħħar! Iddoqq l-aħħar qanpiena l-Ġimgħa u noħroġ il-barra mill-bieb tal-iskola! Wara ġurnata ta’ tagħlim inkun inħossni ser naqa’ mal-art. Ommi twassalni d-dar u nibda dak l-imbierek xogħol tad-dar. Jiena x-xogħol tad-dar li jagħtuni l-għalliema nħobb inlestih dakinhar, għax ma nħobbx inħalli għall-aħħar .Filgħaxija nara xi wħud mill-programmi favoriti tiegħi.
Is-Sibt hija l-ġurnata favorita tiegħi.Wara li nkun qomt u ġejt f’tiegħi, immur dritt għal fuq il-kompjuter u noqgħod insegwi xi ftit ideat għall-krafts .Wara li niekol xi ħaġa, noqgħod nagħmel xi krafts li nkun segwejt jew ivvintajt qabel. Wara immur għand in-nanna u kważi qatt ma niddejjaq .Imbgħad filgħaxija nmur il-quddies u wara nagħmel ir-rutina ta’ filgħaxija tas-soltu.
Wasal il-Ħadd, l-aħħar ġurnata ta’ tmiem il-ġimgħa. Filgħodu noqgħod naqra u nistudja xi ftit. Wara nofsinhar noħroġ mal-familja u fix-xitwa nħobbu nmorru xi mixja fil-kampanja jew naraw xi film iċ-ċinema u nista’ ngħid li ma niddejjaq qatt.
Uff! Wasal il-Ħadd filgħaxija u jkun għadda ż-żmien ta’ divertiment u rilassament. U iva,issa terġa’ tibda’ ġimgħa ta’ ħidma ġdida,imma malajr terġa’ tgħaddi u jerġa’ jasal tmiem il-ġimgħa ieħor,u nkun nista’ nagħmel l-affarijiet li nħobb!
Nicole Pisani
Jiena tmiem il-ġimgħa nħobbu ħafna għax ikolli ftit ħin liberu għalija. Il-ġimgħa sħiħa kollha hi sabiħa iżda tmiem il–ġimgħa hu l-favorit tiegħi!
Il-Ġimgħa filgħodu jiena nqum kmieni biex immur nistenna l-private biex inkun nista’ mmur l-iskola. Malli nasal l-iskola nagħmel il-‘locker’ u immur għall-essembli. Imbagħad wara ftit nibdew il-lezzjonijiet. Taf kemm indum tiela’ u nieżla t-taraġ! Malli tispiċċa l-iskola mmur għand in-nanna. Nkun ilni ġimgħa sħiħa ma naraha allura mmur kull nhar ta’ ġimgħa. Il-ġimgħa filgħaxija noqgħod nagħmel il-homework. Immur norqod tard ħafna jien!
Is-Sibt l-aktar ġurnata favorita tiegħi! Inqum f’xi d-disgħa u noqgħod naqra u nistudja l-Ġermaniż. F’nofs inhar immur niekol xi naqa frott u noqgħod nilgħab sa ma jdoqqu is-siegħa. Fis-siegħa nibda nilbes il-kit għall-futbol. Dejjem niġbed nofs siegħa nilbes u fl-istess ħin nikkumidja quddiem il-mera. Mis-sagħtejn sat-tlieta u nofs immur nittrenja l-futbol ma’ Ħal Kirkop. Ix-xemx tibda tiżreġ ħafna u ħadd ma jkollu aptit jittrenja. Iżda l-coach jgħidilna ‘trid tgħin ruħek biex Alla jgħinek’. Wara l-futbol immur id-dar u nieħu banju. Imbagħad nibqa’ sejra dritt il-każin ta’ Santa Marija u mmur il-klabb tat-tfal. Wara l-każin mmur ma’ sħabi sal-ġnien ta’ quddiem il-grawnd tal-Imqabba. Nasal id-dar, niekol, nieħu ħasla tajba oħra u mmur norqod.
Il-Ħadd inqum kmieni minħabba l-quddies tat-tmienja. Wara l-quddies sikwit ikolli xi logħba ma’ tal-futbol kontra xi tim! Nagħmlu sa xil-ħdax għaddejin. Sakemm jien u ħija nkunu l-futbol ommi toqod issajjar xi ikla bnina u missieri jieħu ħsieb lil ħija ż-żgħir. Malli ħija jasal id-dar u missieri jiġi għalija, ommi diġa tkun qed tisteninha bil-platt fuq il-mejda miskina. Malli naslu d-dar mall-ewwel ikun pront missieri u jistaqsi ‘l ommi x’sajret. Wara li nieklu jien immur ninħasel u mbagħad noħorġu. Kull nhar ta’ Ħadd dejjem invarjaw fejn noħorġu iżda l-aktar li mmorru huwa l-Buskett! Tiġi magħna l-familja kollha u tgħidx kemm nidħqu u nkunu kuntenti! Min jilgħab bil-ballun, min jaqra, min inaqqar, min imur jimxi..... Insomma nieħdu gost!
Imnalla jkunu dawn it-tliet ijiem għax inkunu nistgħu nistrieħu. Kieku ma jkunux dawn ma naħsibx li jkollna xi ħajja sabiha. Sabiħ li taħdem iżda jkollok bżonn ukoll tistrieħ!
Christine Galea
Jien inħobb tmiem il-ġimgħa għax ikolli ftit ħin liberu u għalhekk ikolli aktar ċans biex nistrieh u nagħmel xi ftit tal-ħin naqra.
Il-Ġimgha wara li niġi mill-iskola niekol u ninħasel. Għal xi l-erbgħa u nofs nibda x-xogħol tad-dar. Wara li nlesti xi ftit minnu nara daqxejn televixin u nilgħab naqra bl-I Pad. Ghal xi d-disgħa ta’ filgħaxija norqod.
Is-Sibt ikolli nqum kmieni biex inlesti kmieni. Inqum u għal xi tmienja u nofs nieħu l-kolazzjon. Wara nkompli x-xogħol tad-dar li jkun għad fadalli minn tal-Ġimgħa. Għal xi nofsinhar niekol u nara daqxejn televixin. Imbagħad wara nkompli x-xogħol tad-dar sakemm inlestiħ. Għal xi l-erbgħa inkun lesta u nilgħab naqra mal-kuġin, wara niekol u nara t-televixin. Għal xi tmienja ninħasel u norqod.
Il-Ħadd inqum għal xi s-sebgħa u nofs u nieħu l-kolazzjon u wara immur il-quddies tat-tmienja. Wara li nasal mill-quddies nilgħab daqxejn u noqgħod nara '' Tom and Jerry''. Għal xi l-ħdax u nofs niekol. Wara ninħasel u noħrog u wara li nasal lura d-dar niekol, nbiddel u norqod.
Għalija dawn it-tliet ijiem huma l-isbaħ jiem tal-ġimgħa għaliex tkun tista' tiddeverti.
Celine Balzan
L-aħħar tlett ijiem tal-ġimgħa li huma l-Ġimgħa is-Sibt u l-Ħadd huma l-iktar ġranet li jogħġbuni. Ikolli seba’ mitt sena biex jasal il-Ġimgħa għax inkun nista’ nagħmel li rrid peress li nkun naf li l-għada vaganza.
Il-Ġimgħa malli nasal mill-iskola niekol bil-mod waqt li noqgħod nara it-televixin. Wara ftit immur inaddaf il-fenek tiegħi u nagħtih ġirja miskin ħa jagħmel naqra eżerċizzju fuq il-bejt. Malli nlesti, ninżel isfel u nibda xi xogħol tal-iskola. Malli jsir il-ħin immorru ninħaslu. Filgħaxija noħorġu x’ imkien mal-kuġini, n-nanniet u z-zijiet.
Is-Sibt filgħodu immur għall-atletika f’ xi l-għaxra u nofs. Malli niġi lura, innaqqar xi ħaġa u noqgħod nilgħab bil-ballun xi kultant. X’ ħin tiġi l-mama mix-xirja li tkun għamlet inkompli ftit ix-xogħol tal-iskola. Is-soltu f’ xi l-erbgħa u nofs ikun lest allura nitilgħu jiena u oħti fuq il-bejt. Waqt li hi toqgħod tilgħab mal-fenek jien noqgħod innadaflu. Malli nkunu lesti ninżlu isfel innaqru xi ħaġa u nieħdu naqra larinġa magħsura. Nidħlu ninħaslu u noħorġu x’ imkien mal-ħbieb tagħna filgħaxija malli jidlam.
Il-Ħadd filgħodu mmorru l-quddies tat-tmienja u nofs. X’ ħin tispiċċa l-quddies mmorru lura d-dar u nbidlu u nlestu l-affarjiet. L-għaliex iktar tard immorru xi piknik, Ħas-Saptan. Tgħidx kemm nieħdu gost nitkellmu, nilagħbu bil-ballun u niċċajtaw flimkien bħala familja magħquda għal dejjem. X’ ħin isir il-ħin immorru lura d-dar. Kollha kemm aħna nidħlu ninħaslu u nilbsu l-piġama. Malli kulħadd ikun inħasel u lest jiena u l-mama nippreparaw xi ħaġa x’ nixorbu u xi ħaġa xi nnaqru, oħti u l-papa jfittxu xi film sabiħ u kollha kemm aħna nintefaw fuq is-sufan u naraw il-film.
Tmiem il-ġimgħa huwa l-iktar żmien li jogħġobni għax noqogħdu kollha kemm aħna flimkien. Kemm nixtieq li kuljum hekk kieku xi pjaċir!
Michela Grima
Meta jasal tmiem il-ġimgħa nkun pjuttost eċitata għax jasal il- ħin tal mistrieħ u divertiment.
Kull nhar ta' Ġimgħa wara li nigi id-dar mill-iskola, ikolli aptit ninstabat fuq is-sodda u norqod raqda tajba! Imma ma tantx nista’ minħabba x-xogħol li jtuna l-għalliema . Nibda billi niekol u wara noħroġ il-kotba u l-pitazzi minn ġol-basket u nibda xogħli. Dejjem nispiċċa ndum ħarira aktar tard milli suppost. Insomma wara niekol, ninħasel u nitla’ norqod. Filgħaxija noqgħod naqra xi ktieb bħal Zito Zandarell. Malli tmur għajni bija, kun ċerta li lanqas jekk titfagħli barmil ilma ffrizat ma nqum!
Jasal is- Sibt… Nqum għall-ħabta tad-disgħa u nieħu l-kolazzjon. Ġieli nkompli x-xogħol tad-dar u ġieli nintefa nilgħab. Għall-ħabta ta’ nofsinhar immur nippratikka l-pjanu. Wara ġieli nċempel lil ġara u nistaqsiha jekk ma tridx noħorġu nilagħbu. Tgħidx kemm nieħdu gost! F'xi s-sebgħa jibdew jiġu l-familjari biex nagħmlulhom ikla zgħira: jigu l-kuġini u s-sekondi kuġini. Tigi t-tarbija Yasmin taz-zija u tgħidx kemm hi ħelwa! Wara ninħasel u nitla’ norqod.
Fl-aħħar tasal l-aktar ġurnata li nħobb … il-Ħadd! Din il-ġurnata nħoss li hija wisq speċjali għalija! Nqum kmieni biex immur il quddiesa tas-sebgħa ta’ filgħodu. Wara li nigi, l-ewwel ħaġa li nagħmel huwa li nieħu l-kolazzjon għax ikolli ħafna ġuħ . Wara mmur indur dawra bir-rota mall-ġara. Wara mmur ma’ missieri l- monti u nidħak daħk ! Xi sagħtejn wara niekol l-ikla ta' nofsinhar u noqgħod nara programm fuq it-televixin. Wara mmur l- Buskett ma’ tal- familja u noqgħod nilgħab ma’ Yasmine. Tgħidx kemm indur u naqgħad bil- prem. Meta mmorru lura d-dar, nieklu u nidħol norqod! Din il-ġurnata jkolli ħafna divertiment għalhekk naraha specjali .
Dan hu kif jiena nqatta’ tmiem il- ġimgħa :)
Annalise Mangion
Wara ġimgħa ta' skola u studju, nkun nistenna bil-ħerqa din il-btala qasira. Din sservi bħala mistrieħ.
Il-Ġimgħa wara li nasal mill-iskola, nbiddel l-uniformi, niekol dak l-ikel tajjeb li tkun ippreparat ommi. Wara, bla telf ta' żmien nibda x-xogħol tal- iskola. Għal ħabta tas-sebgħa ta' filgħaxija mmur il-mużew. Meta niġi lura, nieħu doċċa, niekol xi ħaġa ħafifa u noqgħod nilgħab xi logħba fuq il-kompjuter. Kif jibda ġej in-ngħas, immur f’kamarti, ngħid talba żgħira u norqod.
Is-Sibt, inqum kmieni għall-quddiesa tat-tfal. Wara xħin nasal id-dar nibda nistudja. Għall-ħabta ta’ nofsinhar nieqaf biex niekol u nilgħab xi logħba fuq il-kompjuter. L-għors tiegħi wara nofsinhar immur xi dawra bir-rota fil-kampanja sabiħa u kwieta. Filgħaxija nħobbu noħorġu maz-zijiet. X’hin niġu lura noqgħod nara ftit televiżjoni u wara immur norqod.
Il-Ħadd inqum kmieni biex immur għall-quddiesa tat-tmienja. Wara l-quddies immur inżur in-nanniet. F’nofsinhar wara l-ikel inħobb ngħin lil ommi nnaddfu l-kċina. Il-Ħadd wara nofsinhar inħobb nagħmel xi nofs siegħa naqra xi ktieb interessanti. Għall-ħabta tat-tlieta noħroġ ma’ ommi u m'a missieri.
Filgħaxija, wara dik l-arja friska nħossni għajjiena mejta u għalhekk nieħu doċċa malajr u mmur norqod ħalli l-għada inqum b’saħħti għall-iskola.
Christabelle Muscat