Darba fost l-oħrajn, niftakar li kien il-Ġimgħa filgħaxija, kont għand in-nanna. Domt naqra hemm mhux ħażin.Karrozza biex ninżel lura ma kellix allura mort lura d-dar bil-mixi.
Fi triqti lura d-dar iddeċidejt li ngħaddi minn triq oħra biex inqassar naqra għax kien dalam sew.Din it-triq kienet imwarrba u rari jgħaddu nies minnha ħlief xi xwejjaħ li jkun qed jippassiġġa.Iżda xħin għaddejt minn din it-triq ħassejt bard kbir qisni qegħda ġos-silġ. Qisni kont qegħda niġi osservata minn xi ħadd, għax bdejt nisma’ l-passi minn warajja u xi ħsejjes ukoll imma ma tajtx każ u bqajt miexja lejn id-dar.Fis-siegħa u l-ħin nara dell jiġri u waqaf ftit żgħira l-bogħod minni u dak il-ħin inħsadt u għidtlu biex iħallini u li jekk kien se jmissni inċempel l-għassa tal-pulizija.Qabeż hu u qalli li ma jrid xejn min għandi u mhux ħa jmissni,kull ma qalli biex noqgħod attenta minn nies tad-dinja u biex noqgħod moħħi hemm u l-vizzji ħżiena nwarrabhom!
Jien dort u nara raġel xwejjaħ.Jien ma kontx naf min hu.Kien b’xuxtu bajda,imqadded u bil-bastun griż.Jien inħsadt u ġejt safra mewt,erġajt dort lura u dan sparixxa.Issa dan ma kienx xi ġuvni jiflaħ jiġri imma xwejjaħ.Jien mort niġri lura d-dar b’ħass ħażin fuqi u b’qatgħa kbira.
Malli wasalt id-dar, mort ninħasel u eżatt wara sibt is-santi kollha tal-mejtin tal-familja u ħbieb u bdejt inferrixhom kollha quddiemi.Rajt santa ta’ raġel li kien jixbaħ perfettament lil dak li kont għadni kif rajt.Qrajt min huma l-qraba u ommi kienet tiġi n-neputija tiegħu. Mela dak ir-raġel li rajt, żgur kien il-bużnannu għax jixbaħ ħafna lil dak li għandna f’bosta ritratti!
Minn dak inhar l’hemm bdejt nibża’ minn kull ħoss simili li nisma’ u bqajt qatt ma għidt lil ħadt ħlief lill-ġenituri u n-nanniet biex nikkonferma. Minn dak inhar l’hawn qatt ma erġajt għaddejt min dik it-triq!
Nicole Zammit