Special Assembly fl-okkażjoni tal-250 sena mit-twelid ta' MIKIEL ANTON VASSALLI
Nhar it-Tnejn 5 ta' Mejju 2014 fakkarna l-250 sena mit-twelid ta' Mikiel Anton Vassalli. Raisa Ciantar, studenta tat-3 Sena ppreżentat il-programm filwaqt li Nicole Zammit tat-Tieni Sena qrat bijografija dwaru. Marija Zammit (F3) u Luana Mifsud (F2) qraw il-poeżiji (sunetti) Lil Mikiel Anton Vassalli ta' Ġorġ Pisani u ta' Dun Karm rispettivament. Il-programm intemm bil-kant tal-Innu Malti. Fl-aħħar tqassmet tifkira lill-istudenti kolllha. Prosit tassew lil kull min ħa sehem!
NAGĦMLU WAĦDA TINKITEB!
Ċelebrazzjoni ta' Qari u Kitba mill-istudenti fil-preżenza tal-awtur Trevor Żahra
Nhar il-Ġimgħa 25 t'April ilqajna fostna lill-awtur Trevor Żahra. Bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tliet studenti, Jade Psaila (F1), Jolene Saliba (F2) u Roberta Camilleri (F3) wasslulna xi ħsibijiet dwar tliet kotba ta' Trevor Żahra li kienu Villa Siko-Sao, Ħolm tal-Milied u Sfidi. Min-naħa l-oħra Nicole Schembri (F1), Nadine Micallef (F2) u Eden Micallef (F3) wasslulna xi kitbiet kreattivi. Ma setax jonqos il-kontribut siewi tal-awtur li wera apprezzament kbir lejn dawn il-kitbiet. Fi tmiem l-attività l-awtur ġie mistoqsi diversi mistoqsijiet mill-preżentattriċi tal-għodwa Therese Cassar (F3), fosthom dwar il-ktieb Il-Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta li huwa parti mis-sillabu tat-Tieni Sena. Prosit tassew lill-istudenti li ħadu sehem!
introduzzjoni.pdf | |
File Size: | 76 kb |
File Type: |
Kitbiet dwar il-kotba ta' Trevor Żahra
villa_siko-sao_ta_trevor_zahra_jade_psaila.pdf | |
File Size: | 360 kb |
File Type: |
holm_tal-milied_ta_trevor_zahra_jolene_saliba.pdf | |
File Size: | 239 kb |
File Type: |
sfidi_ta_trevor_zahra_roberta_camilleri.pdf | |
File Size: | 357 kb |
File Type: |
Kitbiet kreattivi tal-istudenti
l-ittra_ssigillata_ta_nicole_schembri.pdf | |
File Size: | 51 kb |
File Type: |
imnalla_kelli_l-mowbajl_nadine_micallef.pdf | |
File Size: | 113 kb |
File Type: |
kitba_ta_eden_micallef_f3.pdf | |
File Size: | 219 kb |
File Type: |
Films imnebbħa mill-poeżiji taL-EWWEL U TAT-TieNI SENA TAS-Sekondarja
Nhar l-Erbgħa 15 u l-Ġimgħa 17 ta' Jannar 2014 grupp ta' studenti tal-Ewwel u tat-Tieni Sena rispettivament ġew mistiedna biex jaraw films qosra mnebbħa mill-poeżiji li jiffurmar parti mis-sillabu. Dawn intwerew fl-Isitiut tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST il-Mosta. L-istudenti kollha baqgħu impressjonati bit-talent tal-istudenti li ħadmu bi profesjonalità kbira dawn il-filmati. Ħajr speċjali lill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti tad-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni għal din l-inizjattiva. Ara isfel l-adattament tal-poeżija Il-Bikja tal-Buskett ta' Oliver Friggieri li hija poeżija mis-sillabu tal-Ewwel Sena.
sehemna fil-Christmas Market
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet għal żmien il-Milied, sar 'Christmas Market' fl-iskola tagħna nhar it-Tnejn 16 ta' Diċembru. Din kienet inizjattiva bejn il-lingwi mgħallma l-iskola li barra l-Malti u l-Ingliż jinkludu t-Taljan, il-Franċiż, l-Ispanjol u l-Ġermaniż. Fuq il-mejda tal-Malti kien hemm ikel u xorb tradizzjonali Malti fosthom l-imqaret, l-ixkumvat u l-kokotina.
tnedija tas-sit 'kitbietna' - 6 ta' diċembru 2013
ĊELEBRAZZJONI TAL-VALUR TAR-RISPETT
Nhar it-Tnejn 25 ta' Novembru fis-sala tal-iskola saret ċelebrazzjoni marbuta mal-valur tar-RISPETT flimkien mal-għalliema tal-lingwi. L-istudenti bil-għajnuna tal-għalliema tal-Malti qraw xi siltiet waqt l-attività. Ħajr lill-istudenti nfushom u lill-għalliema s-Sa R. Azzopardi, is-Sa M.D. Baldacchino u s-Sur K. Slattery. Prosit tassew u jalla dan il-valur ikompli jimla l-komunità kollha tal-iskola.
PARTEĊIPAZZJONI FIL-FIERA TAL-KTIEB
Nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Novembru, grupp ta’ għalliema tal-Malti u tal-Ingliż kif ukoll LSA’s, akkumpanjaw numru ta’ studenti għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Din l-istedina kienet immirata għall-istudenti kollha kemm tal-Primarja kif ukoll tas-Sekondarja.
Hemmhekk l-istudenti ġew mistiedna jipparteċipaw f’attivitajiet bħal Storytelling, Creative Comics / A book of my own u attività dwar Malta u l-Istorja rikka tagħna. L-istudenti tagħna ma qagħdux lura milli jipparteċipaw bil-qalb! Numru sabiħ ta’ studenti u għalliema ġew lura l-iskola b’diversi kotba f’idejhom. Din l-attività żgur li serviet biex l-istudenti japprezzaw il-ġmiel tal-qari u tal-ktieb li jifforma parti integrali mill-ħajja tagħna!
18 ta' Ottubru - Jum Dun Karm
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet biex jitfakkar Jum Dun Karm fl-iskola tagħna, saret assembly speċjali minn xi studenti. Maria Abela qrat bijografija qasira dwar Dun Karm, filwaqt li Maria Agius qrat il-poeżija Jedd l-Ilsien Malti. Smajna wkoll il-poeżija 'Warda' kantata minn Doreen, Martina u Keira Galea. Fl-aħħar ingħaqadna lkoll għall-kant tal-Innu Malti, miktub minn Dun Karm stess.
Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet biex jitfakkar Jum Dun Karm fl-iskola tagħna, saret assembly speċjali minn xi studenti. Maria Abela qrat bijografija qasira dwar Dun Karm, filwaqt li Maria Agius qrat il-poeżija Jedd l-Ilsien Malti. Smajna wkoll il-poeżija 'Warda' kantata minn Doreen, Martina u Keira Galea. Fl-aħħar ingħaqadna lkoll għall-kant tal-Innu Malti, miktub minn Dun Karm stess.