L-Ambjent Malti
Jekk inħarsu ftit madwarna
Żgur nibdew biex napprezzaw
In-natura, l-ambjent Malti,
sbuħija fih naraw.
Naslu wasla sa Ħad-Dingli
Biex tlugħ ix-xemx naraw;
Baħar kalm, merill ipespes,
Fuq ix-xefaq dgħajjes isalpaw.
Il-Buskett ġewwa r-Rabat
mimli siġar mill-kbar nett,
Fih ukoll bosta għasafar
Jgħannu għana wisq perfett.
U xi ngħidu dwar it-Tempji,
Skorba, Mnajdra, Ħaġar Qim,
Dawna opri kbar tal-bniedem,
Fejn lil Alla kien iqim.
Meta nħammġu, meta nkissru
Nifhmu li nagħmlu ħażin.
Għalhekk ejja lkoll inħarsu
Dawn is-sbieħ gżejjer Maltin.
Progress
Ħabib, għaliex ma titgħallimx
tħobb aktar in-natura,
tapprezza l-ambjent ta’ madwar,
u titpaxxa bl-arja pura?
Aħrab ftit mill-bliet imniġġża,
Fejn tal-bini sar progress
Aħseb ftit u ikkontempla
Jekk dan kollu kienx regress.
Jekk naraw dil-ħajja mgħaġġla
Fejn id-daħq sar rari wisq,
Kulħadd mehdi bil-problemi
Rari tara ‘l xi ħadd frisk.
Ejja iġri, għaġġel, ħaffef
Jgħidu fis il-kbar liż-żgħar
Dawna lanqas biss jintebħu
Kemm żmien għadda, mar u tar.
Ħabib, ejja nibdew ngħixu
Mhux neżistu bħall-oħrajn.
Napprezzaw dawk ta’ madwarna
U lix-xjuħ nagħtu daqqa t’għajn.
L-Ghasfur Tiegħi
Għandi għasfur tal-ġenn,
it-tip tiegħu Cockatiel,
l-isem tiegħu Spikey,
dejjem xi karrotta kiel.
Il-ħin kollu barra mill-gaġġa,
dejjem jitfissed miegħi,
però darba weġġa,
u dan kien kollu ħtija tiegħi.
Għandi qattusa,
però qatt ma għamlitlu xejn,
dejjem fuq spallti,
issa ilu għandi sentejn.
Lewnu isfar fil-griz,
u tà sikwit jaqbdu t-tingiż,
ġo tazza ilma jitbaħbaħ,
b’hekk mil-qxur jitlaħlaħ.
Hayley Vella
Jekk inħarsu ftit madwarna
Żgur nibdew biex napprezzaw
In-natura, l-ambjent Malti,
sbuħija fih naraw.
Naslu wasla sa Ħad-Dingli
Biex tlugħ ix-xemx naraw;
Baħar kalm, merill ipespes,
Fuq ix-xefaq dgħajjes isalpaw.
Il-Buskett ġewwa r-Rabat
mimli siġar mill-kbar nett,
Fih ukoll bosta għasafar
Jgħannu għana wisq perfett.
U xi ngħidu dwar it-Tempji,
Skorba, Mnajdra, Ħaġar Qim,
Dawna opri kbar tal-bniedem,
Fejn lil Alla kien iqim.
Meta nħammġu, meta nkissru
Nifhmu li nagħmlu ħażin.
Għalhekk ejja lkoll inħarsu
Dawn is-sbieħ gżejjer Maltin.
Progress
Ħabib, għaliex ma titgħallimx
tħobb aktar in-natura,
tapprezza l-ambjent ta’ madwar,
u titpaxxa bl-arja pura?
Aħrab ftit mill-bliet imniġġża,
Fejn tal-bini sar progress
Aħseb ftit u ikkontempla
Jekk dan kollu kienx regress.
Jekk naraw dil-ħajja mgħaġġla
Fejn id-daħq sar rari wisq,
Kulħadd mehdi bil-problemi
Rari tara ‘l xi ħadd frisk.
Ejja iġri, għaġġel, ħaffef
Jgħidu fis il-kbar liż-żgħar
Dawna lanqas biss jintebħu
Kemm żmien għadda, mar u tar.
Ħabib, ejja nibdew ngħixu
Mhux neżistu bħall-oħrajn.
Napprezzaw dawk ta’ madwarna
U lix-xjuħ nagħtu daqqa t’għajn.
L-Ghasfur Tiegħi
Għandi għasfur tal-ġenn,
it-tip tiegħu Cockatiel,
l-isem tiegħu Spikey,
dejjem xi karrotta kiel.
Il-ħin kollu barra mill-gaġġa,
dejjem jitfissed miegħi,
però darba weġġa,
u dan kien kollu ħtija tiegħi.
Għandi qattusa,
però qatt ma għamlitlu xejn,
dejjem fuq spallti,
issa ilu għandi sentejn.
Lewnu isfar fil-griz,
u tà sikwit jaqbdu t-tingiż,
ġo tazza ilma jitbaħbaħ,
b’hekk mil-qxur jitlaħlaħ.
Hayley Vella