X’nikber! Jiena Elaine u llum kienet l-ewwel ġurnata tiegħi fl-iskola l-ġdida. Issa minn primarja tlajt għas-sekondarja! Kemm kont eċitata u forsi xi ftit imbeżżgħa wkoll f’din l-ewwel ġurnata tal-iskola. L-ewwel ħaġa li għamilt qomt għal xi s-sitta, biddilt l-uniformi tant sabiħa u ppreparajt biex immur. Sar il-ħin u tlaqt mid-dar ma’ ommi u oħti. Wasalna u ltqajt ma’ sħabi ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-ħin lanqas rajnieh għaddej tant kemm intlifna nitkellmu fuq l-iskola l-ġdida. Waslet il-prajvit u rkibna lkoll fuqha eċitati u ferħana għax ħa mmorru ġo skola ġdida. Il-prajvit telqet. Sakemm wasalna komplejna nitkellmu fuq l-iskola. Sibna xi ftit traffiku minħabba li kienet l-ewwel ġurnata tal-iskola u b’hekk domna ftit biex wasalna. Meta wasalna nżilna mill-prajvit, imxejna wara t-tfal l-oħra u dħalna. Jiena flimkien ma’ sħabi bqajna mistgħaġbin bis-sbuħija u l-indafa tal-iskola. Ftit tal-ħin wara tlajna u qagħdet tkellimna l-Madam dwar l-iskola u affarijiet oħra. Wara li kellmitna, għidna t-talba sabiħa ta’ filgħodu u ġew għalina l-għalliema biex immorru fil-klassijiet tagħna. Minn dak il-ħin indunajt li assulutament ma kellix għalfejn nibża’ għax l-għalliema kif ukoll il-Madam kienu veru ħelwin.
Il-ġurnata f’kemm ili ngħidlek għaddiet u mort id-dar. Irrakuntajt kollox lill-familja tiegħi u għidtilhom kemm jien kuntenta u kburija li qiegħda f’din l-iskola.
Elaine Aquilina
Jien jisimni Jade Psaila u, studenta ġdida fi skola kbira li m’ilhiex li nfetħet allura nistgħu ngħidu li hi ġdida wkoll. Jiena kont immur l-iskola tas-Siġġiewi imma issa li kbirt u tlajt is-sekondarja qed immur l-iskola tal-bniet tal-Ħandaq.
Għall-bidu kont qed inħoss ftit eċitament li ħa mmur skola ġdida u li diġà mmur bil-linja privata. L-ewwel darba li dħalt ma kontx naf fejn qegħda, tfixkilt, imma bil-mod il-mod bl-għajnuna tal-għalliema u l-kap tal-iskola drajt ftit. L-iskola sabiħa ħafna u vera għoġbitni u fiha ħassejtni tfajla żgħira li ħa nkun bħall-tfajliet oħra responsabbli għall-affarijiet tiegħi. Issa mhux l-għalliema ħa jiġu fil-klassi tagħna imma aħna ħa mmorru fil-klassi tagħhom u issa fl-iskola għandna ‘tuckshop’ li minnu ħafna tfal jixtru l-ikel. Kull nhar ta’ Erbgħa u l-Ġimgħa jkollna l-‘form time’. Jiena qegħda fil-klassi Anastasia.
Għandna ħafna suġġetti, b’għalliema għal kull suġġett. Peress li tlajt is-sekondarja issa għandna aktar suġġetti milli kellna l-primarja bħal Ġografija, l-iStorja, il-Franċiż u ħafna oħrajn. L-ewwel ġimgħa kellna ħafna għajnuniet bħal li għal kull lezzjoni ninżlu isfel u l-għalliema jiġu għalina sakemm nidrawhom. Wara li drajna xi ftit mhux ħażin bdejna mmorru waħedna. Issa l-istudenti kollha jistgħu imorru jinkitbu għall-attivitajiet fil-brejk. Jiena għandi ħafna ħbieb li kienu jiġu miegħi l-iskola tas-Siġġiewi imma hemm iktar tfal minn irħula differenti. Jiena naf xi ftit minnhom għax qegħdin fil-klassi miegħi u nispera li jkolli l-opportunità li nagħmel ħbieb magħhom.
Jien kuntenta u kburija ħafna f’din l-iskola sabiħa u nispera li jkolli esperjenza sabiħa oħra bħalma kelli fl-iskola l-oħra.
Jade Psaila
Jiena studenta li ġejt fi skola ġdida, qed nikber ħafna u issa m’għadnix studenta tal-primarja imma jiena studenta tas-sekondarja.
Dħalt ġol-iskola u kienet differenti ħafna mill-primarja. Qgħadt nistenna sakemm tibda l-iskola u rajt xi ħbieb li għandi mill-primarja. Tlajna fuq u rajt il-Kap tal-Iskola. Kellmitna u tlabna flimkien. Bdejna l-lezzjonijiet. Rajt l-għalliema u bdew jgħidulna l-affarijiet li rridu nġibu. Sar il-brejk u ltqajt mal-ħbieb tiegħi. Qgħadt niekol il-ħobż li ppreparatli ommi. L-għalliema kollha għinuna. L-unika ħaġa li dejqitni hi li kellna l-basket tqil ċomb. Kien hemm ħafna tfal minn irħula differenti u għamilt xi ħbieb ġodda. Jien ħadt gost li kelli ħabiba ġdida. Għall-ewwel ma stajtx nidra l-iskola imma mbagħad ftit ftit bdejt nidra.
Jien kuntenta ħafna b’din l-iskola ġdida u sabiħa. Vera kburija b’din l-iskola għax għadha ġdida kemm il-bini, l-għamara u kollox għadu ġdid, u l-għalliema u l-Kap tal-Iskola jgħinu ħafna lit-tfal. Nispera li jkolli memorji sbieħ ġo din l-iskola kbira.
Estelle Gatt
Kien it-Tnejn filgħodu meta jiena qomt għall-iskola u kont eċitata ħafna.
Ħadt il-kolazzjoni u mort ninħasel. Xħin kont qed inbiddel tgħidx kemm kont imbeżżgħa għax ma kontx naf x’ħa nsib l-iskola bħal għalliema, l-istudenti l-oħrajn u l-ambjent li ħa ngħix ġo fih. Fis-sebgħa tlaqt mid-dar biex immur nirkeb ix-xarabank għall-iskola. Fit-tmienja neqsin għoxrin ġiet ix-xarabank għalina u jien aktar bdejt nibża’. Xħin wasalt l-iskola sibt differenza kbira bejn il-primarja u s-sekondarja. Naqra naqra bdejt niltaqa’ ma’ sħabi li kelli fil-primarja. Tlajt għall-assembly u kien hemm ħafna tfal minn ta’ skejjel oħra. Mal-għalliema ħassejtni komda, imbagħad il-biża’ telaqli ftit imma xorta waħda kont qed nibża’ li ħa nitlef it-trasport. L-iskola għoġbitni ħafna u l-Kap tal-Iskola kienet simpatika ħafna magħna. Bl-għalliema kelli ħafna għajnuna dil-ġimgħa u għamilt ħafna ħbieb minn irħula differenti. Jiena qegħda kuntenta ħafna f’din l-iskola u tgħidx kemm ħa nkun kburija f’din l-iskola għax il-Kap tal-Iskola u l-għalliema jħobbuna, jirrispettawna, jieħdu ħsiebna u jridu li aħna nkunu kuntenti.
Erica Bugeja
Jien studenta li kont nattendi l-iskola primarja tal-Imqabba. Din is-sena ħa nħoss bidla kbira għax ħa mmur fi skola kbira u b’iktar tfal. Jien kont eċitata għax ma kontx naf lil min se jkolli fil-klassi tiegħi.
L-eċitament kbir bdieli mit-Tnejn filgħodu. Hekk kif bdejt nilbes l-uniformi bdew jiġu ħafna ħsibijiet f’moħħi bħal min se jkunu l-għalliema l-ġodda, u hekk se nidra f’din l-iskola l-ġdida. Kif dħalt l-iskola ħadt pjaċir ħafna nkellem lil sħabi. Kif daqqet il-qanpiena kullħadd tela fis-sular ta’ fuq u nġbarna quddiem il- Kap tal-Iskola. Il-Kap tal-Iskola wara li tatna merħba sabiħa qassmitna fi klassi ġdida. Kif dħalt fil-klassi rajt ħafna tfal minn irħula differenti. Introduċejna ruħna ma’ xulxin u kullħadd deher li ħa jkollu sena mil-isbaħ.
Jien ninsab kburija u kuntenta f’din l-iskola għax inħossni milqugħa kemm minn sħabi fil-klassi kif ukoll mill-għalliema u fl-iskola l-ġdida għandna ħafna affarijiet li bihom nistgħu inkabbru t-tagħlim tagħna.
Jeannelle Cassar
Wara l-vaganzi tas-sajf waslet il-ġurnata tant mistennija minni, il-ġurnata tal-iskola fejn jiena se nibda sena ġdida ġo skola tant mill-isbaħ. Xħin dħalt ġo din l-iskola bdejt naħseb ħafna affarijiet ... li nista’ nintilef u li ma nagħmilx ħbieb. Wara li qalulna ma’ min se nkunu ħadt ir-ruħ għax minix qegħda waħdi mir-raħal tiegħi. Ftit ħin wara bdew ġejjin l-għalliema li konna se nkunu magħhom. Qassmulna xi ftit karti tal-iskola u xi kotba wkoll.
Wasal il-ħin tal-brejk u jiena mort infittex lil sħabi u qgħadna nieklu u nitkellmu dwar ma’ min qegħdin għalliema u ma’ min qegħdin ħbieb. Wara xi nofs siegħa morna għall-assembly u hemmhekk għidna t-talba ta’ wara l-ikel. Erġajna morna nkomplu niltaqgħu mal-għalliema u l-ġurnata mal-ewwel għaddiet u kien sar il-ħin li mmorru lura lejn djarna. Dik il-ġurnata kienet l-isbaħ waħda ta’ ħajti għax biddilt l-iskola u għax qed nikber: mill-primarja għas-sekondarja rajt bidla kbira.
Ilona Caruana
Jiena Aimeè, studenta li kont nattendi l-primarja u issa wasal iż-żmien li nattendi fi skola sekondarja. Messitni x-xorti li nattendi fl-iskola sekondarja tal-bniet San Injazju. Waslet dil-ġurnata li tant kont qed nistenna, it-Tnejn 23 ta’ Settembru.
Dak inhar qomt ftit aktar kmieni mis-soltu bl-eċitament kbir li kelli fuqi. Mort nistenna t-transport li pprovditilna l-iskola u hemmhekk iltqajt ma’ xi studenti li kienu miegħi fil-primarja. Sakemm konna qed nistennew, kullħadd qasam l-eċitament. Ftit ħin wara wasal ix-xufier u dlonk erħejnielha għall-iskola. Mal-wasla tagħna fl-iskola aħna ġejna milqugħin mill-Kap tal-Iskola Ms Maria Montebello, fejn hi wkoll qasmet magħna l-eċitament li kellha għal din is-sena skolastika ġdida. Ms Montebello imlietna b’ħafna kuraġġ u jiena mill-ewwel fhimt li ser ikollna l-għajnuna kollha meħtieġa. Bdejna nitqassmu fil-klassijiet u jiena ġejt fil-klassi 1.2. Is-sistema tas-sekondarja hija ferm differenti minn dik tal-primarja għaliex bdejt niltaqa’ ma’ ħafna għalliema. Nixtieq ngħid li l-għalliema huma kollha b’qalbhom tad-deheb. Wasal il-ħin tal-brejk fejn jiena għamilt ħafna ħbieb ġodda minn irħula differenti.
Bil-mod il-mod il-ħin beda jagħfas. F’daqqa waħda daqqet il-qanpiena u kullħadd kellu jmur mar-rotta tiegħu. Ma nistax nemmen kif għaddiet l-ewwel ġurnata. Nista’ ngħid li jiena nħossni ferm kburija li jien studenta ta’ din l-iskola. Kollox kien perfett u organizzat u jien naf żgur li jiena ser inkun studenta kuntenta f’din l-iskola.
Aimeè Duca
Siltiet minn kitbiet oħra...
Spiċċaw il-vaganzi tas-sajf u hekk kif bdiet riesqa l-ħarifa bdejna nippreparaw ruħna għall-iskola. Din is-sena jiena spiċċajt l-iskola primarja u ser immur fi skola sekondarja. L-iskola sekondarja kienet ħafna differenti mill-iskola li kont immur jien. Il-bini għoġobni ħafna għax hu bini kbir u nadif u għoġbuni l-aktar il-klassijiet tal-Home Economics u tal-Franċiż. L-għalliema kollha sibthom ta’ għajnuna kbira. Kien hemm ħafna tfal minn irħula differenti. Fil-klassi nqsamna u b’hekk stajna nagħmlu ħbieb mhux mill-istess irħula. Kuntenta ħafna fl-iskola l-ġdida tiegħi.
Maria Grech
Din l-iskola hija waħda mil-isbaħ. Morna naraw il-klassijiet kollha attrezzati mill-aħjar. Għandna veduta sabiħa tal-irħula u l-għelieqi meta nħarsu minn ġot-twieqi. Il-grawnds tal-iskola huma sbieħ, per eżempju ser ikollna grawnd tal-futbol li għad i rid jinbena u għandna grawnd tan-netball, tal-baskitbol u tal-volibol. Meta morna nagħmlu l-attività fiżika rajna xi żwiemel li kienu ħdejn il-grawnds u tgħidx kemm kienu ħelwin. Biex nikkonkludi nixtieq nitkellem fuq l-indafa. Fl-iskola m’hemmx għabra trab! Jien tgħidx kemm jien kuntenta u kburija minn din l-iskola għax hija waħda attrezzata.
Kerby Amber Borg
Il-bini tal-iskola sabiħ minn barra u anke minn ġewwa. L-iskola hija kbira ħafna u miżbugħa b’kuluri sbieħ ħafna. Minn ġewwa l-klassijiet huma l-isbaħ li qatt rajt. L-iktar klassi li għoġbitni hija dik tal-Home Economics għax għandha kċina mill-isbaħ. Il-Kap tal-Iskola laqgħetna tajjeb ħafna fl-iskola l-ġdida. L-għalliema ta’ kull suġġett bil-paċenzja kollha fehmuna x’għandna bżonn għal matul is-sena. Kien hemm ukoll il-guidance li għenuna biex immorru minn klassi għall-oħra biex ma nintilfux.
Rachel M. Muscat
Din l-iskola hija ħafna differenti mill-primarja. L-iskola, bħala bini, togħġobni ħafna, hija nadifa u kbira. Is-sistema hija differenti ħafna għax fil-primarja għalliema waħda biss kellna imma issa rrid nogħqod attenta li xħin imiss il-lezzjoni l-oħra rridu mmorru ġo klassi oħra. Il-Kap tal-Iskola timxi sew magħna. Bħala ħbieb fil-klassi naf studenta waħda però diġà għamilt ħbieb ġodda. Bħala suġġetti din is-sena għandna iżjed. Għall-ewwel ġurnata kont daqxejn imbeżżgħa imma ma kellix għalfejn. Jien qegħda għal qalbi ħafna f’din l-iskola.
Jael Micallef
F’din l-iskola l-għalliema għandhom karattru ferrieħi dejjem tarahom bi tbissima fuq wiċċhom kif ukoll il-Kap tal-Iskola. Għall-ewwel ġimgħa jien bdejt nintilef sakemm drajt. Għamilt ħabiba ma’ kull tifla fil-klassi. Ġo din l-iskola naħseb li ser inkun għal qalbi u għalkemm fil-klassi m’għandi lil ħadd mir-raħal tiegħi xorta nħossni komda nitkellem magħhom u żidt ħafna ħbieb. Jiena kburija ħafna f’din l-iskola.
Kelsey Smith
Għalija din kienet bidla kbira għas-sekondarja. Dan minħabba li ħa jkolli aktar suġġetti u skola akbar milli kelli. Fl-ewwel jiem l-għalliema qagħdu juruna l-klassijiet fejn qegħdin. L-għalliema vera ċajtiera u jogħġbuni ħafna. Il-bini vera sabiħ, qisni qegħda ġo lukanda. Il-Kap tal-Iskola Ms Montebello vera tħobbna u tagħmel minn kollox biex tikkuntentana. Il-klassijiet tal-Form 1 huma msemmijin għal-prinċipessi. Ms Montebello semmiet il-klassijiet hekk għax aħna l-prinċipessi u hi r-reġina! Il-klassi tiegħi jisimha Ariel.
Jade Abela
Għall-ewwel bdejt inħoss li hemm differenza kbira bejn is-sekondarja u l-primarja però wara ftit tal-ġranet bdejt inħoss li ħaġa waħda biss hemm differenti, u din hija li l-istudenti jridu jmorru ġo klassi differenti skont is-suġġett. Naħseb li hija sistema tajba ħafna għax l-għalliema tas-suġġett tkun iktar tifhem fis-suġġett għax hija tiddedika l-istudji kollha tagħha lil dak is-suġġett. Hija aktar faċli din is-sena tagħmel ħbieb ġodda għaliex hemm studenti minn ħafna rħula differenti u din is-sena mal-istudenti tal-Form 1 hemm l-istudenti tal-kulleġġ San Benedittu ukoll u mhux ta’ San Injazju biss.
Maria Martina Cutajar
Sfortunatament jien mhux qegħda ma’ sħabi ta’ Ħal Luqa imma malajr għamilt ħbieb ma’ ċerta Aimee miż-Żurrieq u diġà sirna qisna ħobża u sikkina u l-ħin kollu flimkien. L-għalliema m’humiex ħorox magħna għax ma kollha kemm huma nidħqu daħqa tajba fil-ħin addattat. Iżda fost l-għalliema kollha nsemmi lill-għalliem tax-Xjenza għax hu minn Ħal Luqa bħali. Ma tgħaddix lezzjoni li f’xi ħin ma nogħxewx bid-daħk, però waqt l-ispjegazzjoni nafu li ħin is-serjetà.
Rebecca Galea
Sebaħ it-Tnejn, filgħodu, tlieta u għoxrin ta’ Settembru, l-ewwel ġurnata tiegħi fl-iskola Sekondarja. Dakinhar qomt kmieni ħafna b’eċitament kbir fuqi. Hadt il-kolazzjon malajr, inhsilt u lbiestl-uniformi tal-iskola. Bdejt nibza li ser nitlef il-‘coach’ ghax din kienet l-ewwel esperjenza li mmur l-iskola bil-‘coach’. Moħħi kien il-ħin kollu jahseb kif kont se nghaddi din il-gurnata. Wara ftit tal-hin wasalna l-iskola u qgħadt nitkellem ftit ma' sħabi dwar kif għaddejna l-vaganzi tas-sajf. Waqt it-talba tgħidx kemm kelli friefet fl-istonku tieghi. Xħin l-assistenta bdiet issejhilna wahda wahda, tgħidx kemm bzajt li ninfiredminn ma’ sħabi tas-Siggiewi. Wiċċi xegħel bil-ferh, għajnejja bdew jgħumu fid-dmugħ meta indunajt li kelli żewġt iħbieb tal-qalb miegħi. Tant ħadt gost li s-sigħat ma rajthomx għaddejin. Kont fuq ix-xwiek biex nasal id-dar biex nirrakkonta lill- familja tiegħi kif hassejtni fl-ewwel ġurnata tal-iskola fil-Ħandaq.
Christabelle Muscat