25, Dar il-Ġilju,
Triq il-Wied
Ħal Warda
WRD 1280
8 ta’ Novembru, 2013
Għażiża Jody,
Kif inti? Kemm ili ma narak, nispera li tinsab tajba. Jiena ninsab tajba.
Qiegħda niktiblek din l-ittra biex ngħidlek li għal dan il-Milied qed nistiednek tiġi tqatta’ ftit mill-vaganzi d-dar tagħna. Diġa’ għamilt time-table ta’ kif se nqattgħu l-ħin flimkien!
Il-Ħadd se mmorru mal-familja ġurnata fil-kampanja u nġibu magħna naqra timpana tajba kif taf issajjar ommi. Noqogħdu ngħinu lil ommi nippreparaw xi ħelu tal-Milied bħal mince pies, Christmas log u baci balls. Naturalment ma jonqosx il-kejk tal-Milied imżejjen sabiħ.
Filgħaxija qabel norqdu noqogħdu naqraw ktieb u nilagħbu fuq il-kompjuter. Għandna mmorru nżuru xi dar tat-tfal ukoll. Imbagħad filgħaxija mmorru l-purċissjoni tal-Bambin kif ukoll nattendu għan-Novena tal-Milied.
Ma jistax jonqos li niktbu fuq id-djarju, kif qattajna l-vaganzi flimkien.
Nispera li taċċetta din l-istedina għax jiena ċerta li se nieħdu gost żgur!
Inselli għalik.
Dejjem Tiegħek,
Rachel Camilleri
Immaġina li inti jismek Catherine, li toqgħod fi 57 Dar Il-Hena, Triq Fra Mudest, Ħal Millieri. Ikteb ittra lill-kuġina tiegħek Sandra, li toqgħod l-Ingilterra, li fiha twasslilha xi aħbarijiet u tistedinha tqatta’ l-Milied mal-familja tiegħek.
57 Dar il-Hena
Triq Fra Mudest
Ħal Millieri
MLR378
22 ta’ Novembru, 2013
Għażiża Sandra,
Nispera li inti u l-familja tiegħek tinsabu tajbin. Jiena u l-familja tiegħi bħalissa ma nistgħux inkunu aħjar.
Issa dalwaqt jasal żmien il-Milied u biex ngħidlek il-verità qegħda fuq ix-xwiek biex nibda nżejjen ma’ ommi. F’dawn iż-żminijiet nistgħu nagħmlu ħafna affarijiet bħal insajru l-kejk tal-Milied u l-pudina. Ikun hawn ħafna attivitajiet wkoll. Kull sena jien immur il-purċissjoni tal-bambin u mmur nisma’ l-prietka tat-tifel li ssir fil-quddiesa ta’ nofsillejl.
Nixtieq nistiednek tqatta’ l-Milied hawn mal-familja tieghi u jekk trid tista’ ġġib il-familja tiegħek wkoll.
Mela nisma’ mingħandek u għalissa nselli għalik.
il-kuġina tiegħek,
Catherine
(din l-ittra nkitbet minn Jade Psaila)
57, Dar il-Hena,
Triq Fra Mudest,
Ħal Millieri,
MLR378
22 ta’ Novembru 2013
Għażiża Sandra,
Kif inti? Kemm ilni ma narak! Inti sejra tajba? Aħna mhux ħażin. Peress li l-Milied qiegħed wara l-bieb, nixtiequk tiġi tqattgħu magħna. Hekk ikollna ċans nattendu għal xi pantomina u nieħdu sehem f’xi attvitajiet tradizzjonali Maltin ta’ dan iż-żmien.
Beħsiebna nimxu mal-purċissjoni, nisimgħu l-quddies ta’ billejl u żgur mhux ser jonqos l-ikla tal-Milied bid-dundjan. Bħal kull sena ftit jiem qabel il-Milied, naqbżu qabża sal-Belt biex nixtru xi ħwejjeġ u int tista’ tixtri xi souvenirs.
Inħalli f’idejk biex tilħaq taħsibha u titlob il-permess lill-ġenituri tiegħek. Jekk tkun ġejja ibgħatli fl-ittra li jmiss. Iddumx ma tibgħatli ħalli nkun nista’ nipprepara.
Kuġintek,
Catherine
(din l-ittra nkitbet minn Rebecca Galea)
57 Dar il-Hena
Triq Fra Mudest
Ħal Millieri.
MLR378
22 ta' Novembru 2013
Għażiża Sandra,
Kif inti? Nispera li tinsab tajba. Kif taf jiena qegħda mmur l-iskola sekondarja tal-bniet f’tal-Ħandaq li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Injazju. Għandna skola kbira u sabiħa. Ma ningħatawx ħafna xogħol għad-dar. U int kif inti sejra l-iskola?
Nixtieqek tiġi tqatta’ l-Milied mal-familja tiegħi. Jekk tiġi mmorru nieħdu sehem fil-purċissjoni bil-Bambin u wara mmorru l-quddiesa ta' nofsillejl u nisimgħu l-prietka tat-tifel. Tagħmlu hekk intom l-Ingilterra? U l-għada nagħmlu l-ikla tal-Milied. Nieklu l-ikel tradizzjonali tal-Milied bħall-qagħaq tal-għasel u d-dundjan.
Nispera li tiġi għaliex nieħdu pjaċir żgur kieku. Ilna ma niltaqgħu ftit wiċċ imb wick u għalhekk nieħu pjaċir kieku. Mela nispera li narak.
Sliem
Catherine
(din l-ittra nkitbet minn Maria Martina Cutajar)