Mort għand ħabibti u rajna film li veru kien sabiħ u eċċitanti.
Is-Sibt li għadda mort għand Rachel, il-ħabiba tiegħi biex naraw film flimkien. Il-film kien jismu ‘The Hobbit: An unexpected Journey’. Il-film kien fuq grupp ta’ nani, ma’ saħħar u ma’ raġel żgħir jissejjaħ ‘hobbit’. Dan il-‘hobbit’ kien jismu Bilbo Baggins. Bilbo kien jgħix go villaġġ żgħir li kien jismu Shire. Wieħed mill-ħbieb tiegħu kien, Gandalf is-saħħar. Darba minnhom waqt żjara lil Bilbo, Gandalf qallu li kellu proposta għalih dwar avventura. Bilbo ma’ aċċettax għax il-Baggins kienu sinjuri u kburin u qatt ma marru għal xi avventura. Imma wara li Bilbo daħal lura ġod-dar tiegħu, Gandalf bil-bastun tiegħu għamel marka fuq il-bieb. Filgħaxija meta Bilbo kien qiegħed jiekol ħabbat il-bieb. Xħin mar jiftaħ il-bieb sab nanu u qallu x’jismu. Ftit wara reġa’ ħabbat il-bieb u kien hemm żewġ nani sakemm wara ġew għaxra oħra. Wieħed minnhom, li kien il-kap tagħhom, qal lil Bilbo kif dragun jismu Smoug kien ħadilhom id-deheb u l-muntanja. Meta sema' hekk ried jgħinhom. L-għada bdew il-vjaġġ tagħhom fuq iż-żwiemel żgħar. Kemm -il darba kellhom jiġġieldu ma xi ‘trolls’, ‘goblins’, ‘orcs’ u oħrajn. In-nani ovvjament ma kienux waħedhom, magħhom kellhom lil Gandalf. Fl-aħħar parti l-grupp inqabad mill ‘goblins’, barra Bilbo għax x ħin sabuhom, Bilbo qagħad bilgħqeda u ma rawhx. Ħin minnhom waqa’ ġo għar li fih kien joqgħod kreatura stramb li kien jismu Gollum. Dan ħin minnhom waqagħlu ċurkett, u Bilbo mar u ħadu. Dan iċ-ċurkett kien kapaċi jisparixxa. Dan permezz taċ-ċurkett ħareġ u sab lin-nani jfittxuh.
Dan il-film jien għoġobni ħafna għax kien film avventuruż. Kemm nixtieq li nara t-tieni film tiegħu ħa nkun naf kif tkompli l-istorja.
Christabelle Muscat