immorru l-iskola bl-uniformi jew le?
Fl-iskejjel Maltin, kulħadd jista' jara li l-istudenti kollha huma obbligati li jilbsu l-uniformi bħala lbies. L- istudenti ma jistgħux u ma jitħallewx jattendu l-iskola bi ħwejjeġ każwali.
Dawk li jaħsbu li l-iskola m'għandekx tmur bl-uniformi jsostnu li peress li trid tixtri l-uniformi, jista jkun li jkun hemm ġenituri li ma jkunux jaffordjawha. Isostnu wkoll li bl-uniformi ma tħossokx komda allura jista' jagħti l-kas li ma tħossokx komda fil-lezzjoni u ma toqgħodx attenta.
Min-naħa l-oħra dawk li jaqblu jsostnu li bl-uniformi tkun ħafna aktar pulita u rispettabbli ħalli anka meta jiġi xi ħadd speċjali l-iskola tidher iddixxiplinata u ovvjament pulita. Isostnu wkoll li ma jkollokx għalfejn toqgħod taqla' tibdila kuljum la darba għandek l-uniformi. Jgħidu wkoll li huwa sabiħ li kulħadd jilbes l-uniformi għaliex kulħadd ikun liebes l-istess u mhux kulħadd jilbes li jrid u li forsi ma jkunx adattata.
Fl-opinjoni tiegħi, aħna l-istudenti għandna mmorru bl-uniformi l-iskola għax fl-aħħar mill-aħħar skola sejra u mhux festin mal-ħbieb! L-iskola trid tmur pulita ub'hekk tkun qed turi rispett u l-uniformi hija l-ewwel ħaġa li turi dan!
Jasmine Zahra (Novembru 2014)