Darba waħda kont mistiedna għand ħabibti.
Wara ftit li wasalt daqqet il-qanpiena u ħabibti qaltli biex niftaħ għax hi ma setgħetx.
Kif ftaħt rajt il-pustier li tani xi posta. Jiena ħadtha imma fuq in-naħa ta' wara ta' envelopp minnhom rajt l-indirizz tiegħi! Qabbditni l-kurżità u ftaħtha mingħajr ma ratni ħabibti. Kif ftaħtu kien hemm miktub li ħabibti kienet mistiedna għall-festin tiegħi. Kien hemm miktub ukoll li ħa jsir ġo sala li jien vera xtaqt li xi darba ommi tagħmilli festin hemm. Wara li qrajtu jiena kont kuntenta u fl-istess ħin iddispjaċini għax issa żgur mhux ħa tkun sorpriża. F'daqqa waħda għajtitli ħabibti u jiena għalaqtu kollox malajr u mort nagħtiha kollox.
Meta waslet dik il-ġurnata tal-festin jiena kelli nipprova nieħu kollox b'sorpriża meta fil-fatt ma kienet sorpriża xejn. Kif spiċċa l-festin għidt kollox 'l ommi u qaltli biex darb'oħra li ma jkunx tiegħi, ma narahx! Vera ddispjaċieni li rajtu!
Britney Barbara
Kien is-Sibt, ġurnata sħuna bħal ma jaf joffri s-sajf Malti. Kont għand in-nanna nilgħab mal-kuġini.
Wara li għamilt ftit tal-ħin nilgħab magħhom bdejt nilgħab bil-mowbajl ta' ommi. Fuq il-mowbajl ta' ommi kont għamilt ftit logħob biex inkun nista' nilgħab. F’daqqa waħda daħal messaġġ mingħand missieri. Ommi ħadituli minn idi biex tara min bagħtilha. Wara li qratu reġgħet tagħtuli biex inkompli nilgħab u kompliet titkellem man-nanna u maz-zija. Imma jiena bħal qabditni l-kurzità biex inkun naf x'hemm miktub fil-messaġġ. Fittixt il-messaġġ li kien bagħtilha missieri u qrajtu. Xħin qrajtu indunajt li kienu qegħdin jorganizzaw 'surprise party' għal għeluq snini. Jiena għamilt ta' bir-ruħi li ma kontx naf u komplejt nilgħab mal-kuġini. Minn dakinhar li skoprejt li ser jagħmluli party sorpriza sa dakinhar ta għeluq snini għamilt ta' bir-ruħi li ma naf b'xejn. Dakinhar ta' għeluq snini wasal u ġew tal-familja u xi ħbieb u tgħidx x’festin kelli u kemm ħadt gost u qlajt rigali sbieħ. Imma kelli nagħmel sforz biex nurihom li ħadt sorpriża u li ma kontx naf bil-'party' li ser jorganizzawli.
Wara li għadda kollox qgħadt naħseb li kien ikun aħjar li kieku dak il-messaġġ ma rajtu qatt. Waqt il-party ħadt pjaċir imma kieku kont nieħu sorpriża isbaħ u ikbar.
Janice Cassar
Ilkoll qomna kmieni, sintendi għax is-Sibt filgħaxija konna rqadna kmieni. Rqadna raqda tajba għalkemm mhux fuq sodda, iżda fuq it-tiben. Fuq it-tiben li kellu n-nannu fl-għorfa ta’ fuq. Mhux għax ma kellux saqqu ,imma hemm konna nieħdu gost norqdu meta morru għandu.
Morna għandu għal xi gimgħa, peressli ħassu ftit ma jiflaħx u ommi ma riditx tħallih wahdu. Jiena ma kont niddejjaq qatt għandu. Inħobbu ħafna u anke hu jħobbna lkoll.
Hekk kif qomna lkoll morna biex naraw kif qam, il-Hadd filgħodu. Hekk kif dħalna f’kamartu insibu lil ommi u l-missieri ġa ħdejħ. Hu kien ġa libes biex iħejji għall-quddies. Veru kien jider tajjeb. Anke l-mama’ qalet li kien tajjeb ħafna. Morna għall quddies fil-kappella tal-qrib. Wara l-quddies għaddejna xtrajna tużżana pastizzi biex imbagħad neħduhom mal-kafe’ d-dar. Morna lura d-dar tan-nannu. Kulħadd intefa bilqegħda madwar il-mejda. Bejn nieħdu l-kafe’ u nieklu l-pastizzi xi kelma ma naqsietx. Jien ma kellix aptit niekol, għalhekk mort nara ftit televixin. Kif kont qed nara x’hemm, inqalleb min-naħa għaloħra smajt mobajl idoqq. Fittixtu u sibtu taħt il-kuxin tal-petruna li joqgħod fuqha n-nannu. Kien il-mowbajl tan-nannu. Kellu messaġġ. Bdejt intella’ u nniżżel jekk naqrahx. Imma minn moħħi għadda l-ħsieb li nannu ma jafx jaqra u ftaħtu minnufih.
Il-messaġġ kien, li z-zija Marija kienet qegħda l-ajruport ta’ Malta. Jien tgħidx kemm fraħt u inżilt niġri biex ngħid lil kulħadd. Meta għidtilhom, n-nannu beda jgerger miegħi biex darboħra ma naqrahx la ma kienx għalija. Ried jagħtina sorpriża. Qalilna wkoll li mhux veru li kien ma jiflaħx, imma biex meta tasal aħna nkunu hemm. Kienet ġejja mill-Kanada, u kienet ilha ma tiġi tarana ħames snin.
X’għamiltlu n-nannu miskin! Kemm iddispjaċini li telliftlu s-sorpriża li kien ħa jagħtina. Minn dakinhar daħħaltha f’rasi li messaġġi li mhux tiegħi ma naqrahomx. Iżda kemm konna kuntenti wara li waslet z-zija d-dar.
Brenda Gatt
Għodwa waħda kont qiegħda ma’ familti d-dar naraw it-televixin. Wara li spiċċa l-programm li bdejna naraw, ommi qaltli li huma kienu sejrin jixtru u jiena bqajt id-dar waħdi. Ma kelix x'nagħmel għalhekk xgħelt il-kompjuter biex ngħaddi ftit tal-ħin.
Dħalt fuq il-facebook u ndunajt li l-ħaġna ta' ħija kienet għadha mitftuħa. Jiena ta’ kurjuża li jien qrajt xi messaġġi li bagħtulu sħabu. Wara ftit intbaħt li ċertu messaġġi kienu qegħdin iwaqqgħu lil ħija f’xi vizzji ħżiena. Sħabu kienu talbuh biex jiltaqgħu. Jerome huwa sena u tmien xhur ikbar minni u sħabu huma ferm akbar minnu. Rajt li sħabu ma tantx kienu jidhru serji u ommi kemm-il darba fetħitlu għajnejh imma kolllu ta’ xejn. Mifxula, għalaqt il-paġna u tfejt il-kompjuter. Ma kontx naf x'ħa naqbad nagħmel!
L-għada filgħodu malli qomt ommi ratni li ma kontx f’posti. Staqsietni x’għandi u jien għidtilha b'kollox. Malli filgħaxija missieri gie mix-xogħol ommi qaltlu kollox u fl-aħħar huma ddecidew li jmorru l-għassa u jgħidu kollox lill-pulizija. Il-pulizija sejħu lil ħija u talbuh jikxef kollox li kien jaf. Iżda malli l-pulizija bdew isaqsu lil ħija, dawn infaqgħu jidħqu! Missieri saqsiehom għalfejn qegħdin jagħmlu hekk! Il- pulizija qal lil missieri li dan kollu kienet logħba fuq il-PSP il-ġdida li kienet għada kif daħlet u ħija kien qed jikkomunika ma' sħabu dwaraha! Meta ħija beda jispjega, kulħadd beda jfaqqa’ d-daħk.
Imma jiena ma tantx dħaqt! Ma kienx messaġġ li qrajt !! Għalkemm seta’ kien veru jiena qatt ma missni qrajtu .
Maia Caruana