Kien propju t-tmienja ta’ Settembru meta fit-toroq Maltin kien nieżel baħar ta’ ilma. Ommi tibża’ ħafna mix-xita u b’hekk dakinhar ma bagħtitnix skola. Għalkemm il-familja tiegħi tikkonsisti minn erba’ membri biss, aħna noqogħdu ġo dar kemxejn kbira u ta’ sikwit ommi tfakkarani li dik id-dar m’hemmx bħalha. Dan l-għaliex kien bnieha il-bużnannu Wenz.
Għal xi tmienja ta’ filgħodu jiena tlajt f’waħda mill-ikbar kmamar tas-sodod ġo din id-dar. Fil-ħin liberu tiegħi l-hena tiegħi hi li nitla’ f’din il-kamra u noqgħod nisma’ l-mużika bil-kwiet u l-kalma kollha. Dakinhar kont beħsiebni nagħmel l-istess . F’daqqa waħda smajt xi ħaġa ċċekcek u toqmos mal-art. Malli nżilt biex nara x’kien waqa’. Rajt xi ħaġa li ġibditli għajni u din kienet taħt is-sodda. F’kemm trodd salib tkaxkart bħas-sriep għal taħt is-sodda, ġbartha u erġajt tkaxkart lura.
Intfajt fuq is-sodda u bdejt nifliha , nipprova nifhem għaliex ċavetta msadda kienet ilha imqabbda daż-żmien kollu mal-qiegħ tas-sodda. Xħin intbaħt li kulma kienet ċavetta warrabtha ‘l hemm u komplejt b’xogħli. Wara ħames minuti ħassejt ngħas kbir jaħkimni u bla ma kont naf kont ġa qiegħda maqbuda ġewwa raqda profonda.Iżda ħaġa li tkexkxek ġrat dakinhar l-għaliex ħlomt bil-bużnanna Rosalinda. Fil-ħolma hija kellmitni fuq iċ-ċavetta msadda. “Ħu ħsieba dik iċ-ċavetta , mhiex ċavetta normali , qatt qabditek kurżita dwar il-bieb li qatt ma nfetaħ?” Dan huwa il-kliem li qaltli l-bużnanna , kelma b’kelma. F’daqqa u l-ħin smajt l-ommi tgħajjatli biex ninżel nittrejjaq b’biċċa ħobż u naqra kafè.
Wara li lestejt minn isfel tlajt b’ġirja waħda fuq għal ħdejn il-bieb.Sintendi ċ-ċavetta ħadtha miegħi biex nara jekk kontx fhimt sew il-kliem li kien intqal lili mill-bużnanna. Daħħalt iċ-ċavetta bil-mod u dawwartha għal sitt darbiet, sakemm il-bieb seta’ jiftaħ ruħu. Xħin ftaħt il-bieb bħal dlonk xegħel dawl abjad qawwi.F’ħakka t’għajn rajt diversi xeni jduru u jinqalbu f’xulxin. Stħajjiltni qisni qiegħda ġo xi ċinema , iżda’ in-nies li bdejt nara ma kellomx wiċċhom ġdid. Ma domtx ma ntbaħt li dawk kienu l-familja min-naħa ta’ ommi. Hemm kienet in-nanna Karmna terfa’ lil ommi meta kellha biss ftit xhur. Hemm kien ukoll in-nannu Ġorġ jiżfen u jiċċaċra, bħalma dejjem nafu! Dawn baqgħu għaddejin jeqilbu minn avveniment għall-ieħor, sakemm f’daqqa waħda erġajt rajt lil bużnanna Rosalinda. Din id-darba ma kinetx waħidha iżda kien hemm il-bużnannu Wenz magħha.
F’dawn il-minuti moħħi tgerfixli ta’ taħt fuq; x’kellu speċjali dan il-bieb u għaliex qiegħda narahom jien dawn l-episodji tal-ħajja ? Bla ma tkellimt kellimni l-bużnannu , bħal donnu kien jaf x’qiegħda nistaqsi . Huwa qalli : “Inti l-blata ta’ din id-dar issa, ġieli staqsejt kif għadha ma waqgħatx farka farka din id-dar ? Din id-dar la waqgħat u lanqas ħa taqa’ , fiha wisq memorji sentimentali u kull avveniment speċjali li jiġri fiha tkun memorabbli. Xi darba inti għad tkun floki u flok Rosalinda. Tkun qiegħda tkellem lit-tifla tat-tifla tat-tifla tiegħek u tkun qed tispjegalha l-istess kunċett. Int imiss li tibda familja u tiqba’ tgħix ġewwa din id-dar.’’ Dak il-ħin ħassejtni wisq emozzjonata , propju jien kelli inkun il-magħzula li nżomm din it-tradizzjoni tal-familja tiegħi. Wara l-kelmtejn tal-bużnannu Wenz rajt il-bieb jerġa’ jingħalaq u ħaġa tal-iskantament iċ-ċavetta ma’ kinitx għadha hemm.
Wara ftit rega’ ħakimni ngħas kbir izda ħassejt emozzjoni stramba ġewwa fija malli qomt. Fejn is-soltu kont ngħid ma rridx ngħix ġewwa dik id-dar la nikber, issa ħassejtni li huwa id-dmir tiegħi li nibqa’ ngħix hemm. Din kienet l-istorja tal-avventura li ġabet magħha ċ-ċavetta msadda ta’ taħt is-sodda.
Sarah Farrugia
Kienet ġurnata sabiħa. Ix-xemx kienet qed tiżreġ u ma kontx tara sħaba fis-sema. Kienet ġimgħa qabel għeluq snini u kont kurjuża biex inkun naf xi xtrawli ommi u missieri.
Huma kienu ħarġu u għalhekk ħadt l-opportunità biex immur fil-kamra tagħhom u nfittex ir-rigal. Dħalt fil-kamra u bdejt infittex kull post li ġieni f’moħħi. Ħarist taħt is-sodda u hemmhekk sibt ċavetta. Ġbartha u qgħadt niflieha. Kienet kbira u kienet mimlija sadid. Milli jidher kienet ilha ma tintuża. Ftakart fil-bieb li kien hemm fil-kamra tà fuq il-bejt. Dan il-bieb kien ikun dejjem imsakkar u jien qatt ma kont dħalt ġo dik il-kamra. Missieri, kull darba li kont insaqsih x’hemm f’dik il-kamra, kien jgħidli li kien hemm ħafna imbarazz. Ir-rigal kont insejtu minħabba l-iskoperta ġdida li għamilt. Ħallejt il-kurżità tiġri bija u tlajt niġri fuq il-bejt biex nara x’kien hemm wara l-bieb.
Daħħalt iċ-ċavetta fis-serratura, ftaħt il-bieb u dħalt fil-kamra. Din il-kamra kienet żgħira u kienet mimlija b’affarijiet antiki. Kien hemm ħafna trab u għanqbud u kien hemm riħa tà umdità. Qgħadt indur u nesplora l-kamra. Bdejt inqalleb fil-kaxxi biex nara x’kien hemm fihom. F’waħda mill-kaxxi sibt karta. Mid-dehra tagħha, tinduna minnufih li din il-karta kienet ilha ġol-kaxxa. Ftaħtha u indunajt li kienet ittra. Meta qrajtha ħadt l-ikbar xokk tà ħajti. Skoprejt li jien kont addottata u dik l-ittra kienet mingħand ommi l-propja.
Ħajti inqalbet ta' taħt fuq minħabba li ħallejt il-kurżità tiġri bija u sibt din iċ-ċavetta msadda taħt is-sodda t’ommi u ta' missieri.
Roberta Camilleri
Kien is-Sibt filgħaxija u x-xogħol tad-dar kollu kont lestejtu. Missieri kien għadu ma ġiex mix-xogħol. Ommi ilha mejta aktar minn sitt snin, u għalhekk fid-dar ma kien hemm ħadd ħliefi. It-telvixin kien bil-ħsara u ddeċidejt li nippostja l-kamra għax missieri kien ilu jgħidli aktar minn ġimgħa biex norganizzaha. Hekk jew b’hekk kienet tkun lesta qabel jasal id-dar.
Il-ħwejjeġ ippustjajhom sewwa iżda missieri kien fadallu biex jiġi u allura ddeċidejt li naqla’ l-ġuggarelli ta’ taħt is-sodda biex dawk li ma kontx ser nibqa’ nuża’ nkun nista’ nagħtihom lil kuġinti. Waqt li kont qed nagħżilhom rajt karta mal-qiegħ tas-sodda. Jien qomt, erfajt is-saqqu u ġibtha. Din il-karta kienet tgħid:
Għażiża Josephine,
Din il-karta m’ilnix li għamilthielek hawn. Jekk qiegħda waħdek id-dar, irridek tmur fis-salott u tiftaħ l-armarju fejn inżommu l-figorini. Fl-ewwel xkaffa, fuq in-naħa ta’ wara għandhek issib bagalja żgħira. Iftaħha biċ-ċavetta li hawn mehmuża ma’ din il-karta u ara x’fiha. Importanti li s-sejba tiegħek ma turihiex lil missierek.
Inħobbok dejjem,
il-mamà
Qabditni kurżita kbira iżda bżajt li missieri jinduna li kien inqala’ xi ħaġa għaliex ma nkunx komplejt il-kamra. Għalhekk erġjat ippustjajt kollox taħt is-sodda malajr. Qbadt iċ-ċavetta li kienet imsadda għax kienet ilha taħt is-sodda għal iktar minn sitt snin, u bdejt nieżla t-taraġ. Sfortunatament, kif kont ser niftaħ il-bieb tas-salott, smajt ċavetta tidħol fil-bieb ta’ barra għalhekk ħaffift lejn il-kċina qabel ma daħal missieri.
Poġġejt iċ-ċavetta fil-but tal-libsa u kif daħal missieri fil-kċina mort nipprepara żewġ kikkri kafé waqt li staqsejtu kif għadda l-ġurnata. Qtajt biċċtejn kejk u poġġejt maġenbu.
L-għada filgħodu, hekk kif missieri telaq lejn ix-xogħol, f’tebqa t’għajn kont fis-salott. Ftaħt il-bagalja u sibt djarju. Kif ftaħtu ħadt il-qatgħa ta’ ħajti...