Madankollu, is-sit Kitbietna se jkompli bħas-soltu jilqa' u jwassal il-kitbiet tagħkom l-istudenti! Għalhekk, apparti li nilqgħu magħna lill-istudenti ġodda tas-seba' sena u nħajruhom biex jibagħtu l-kitbiet tagħhom, ninkoraġġixxu wkoll dawk tat-tmien sena biex kif għamlu diġà, ikomplu jitħarrġu f'din il-ħila ta' kitba u jibagħtuhom hawn biex jidhru fuq is-sit!
Għalhekk, nilqgħukom lura lejn l-iskola biex inkomplu nitgħallmu u nikbru fil-lingwa Maltija!