|
|
|
Nhar il-Ġimgħa 29 t'April tnediet wirja ta' fotografija u filmati marbuta ma' xi novelli meħuda mill-Arja Friska, li huwa ktieb ta' novelli għall-istudenti tal-Ewwel u tat-Tieni Sena. Dawn inħadmu minn numru ta' studenti tal-Kulleġġ tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST. Għal din l-okkażjoni kellna fostna lill-Onorevoli Ministru tal-Edukazzjoni s-Sur Evarist Bartolo, il-Prinċipal tal-MCAST is-Sur Stephen Cachia, il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Injazju, l-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti u l-lettur responsabbli mill-Proġett is-Sur Ian Attard. Ippreżentat l-attività l-istudenta Rhoda Lee Eaton Richards, filwaqt li l-istudenti Marlena Abela, Gilbert Borg u Rachel Paris qasmu magħna l-kitbet tagħhom. Min-naħa l-oħra, l-istudenti Nicole Sciberras u Nicole Falzon kantaw il-poeżija Il-Kebbies tal-Fanali ta' Anton Buttigieg. Kienu preżenti wkoll l-istudenti kollha tal-Ewwel u tat-Tieni Sena.
0 Comments
Your comment will be posted after it is approved.
Leave a Reply. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|