L-Erbgħa 11 ta' Mejju żgur kienet ġurnata li l-istudenti tal-Kompetenzi Ewlenin tat-Tieni Sena kienu qed jistennew bi ħġarhom. Huma kellhom tistennihom esperjenza edukattivta marbuta mal-annimali f'razzett Malti. L-istudenti kellhom l-opportunità li jitħarrġu fil-komponenti ewlenin tal-lingwa madwar it-tema L-Annimali Ħbieb tagħna. L-istudenti tħejjhielhom ktejjeb ta’ taħriġ apposta u kienu ggwidati mir-raħħal tar-razzett dwar it-trobbija tal-baqar u l-ħnieżer. Ma naqsux l-esperjenzi tal-istudenti li huma stess temgħu l-baqar u refgħu f’idejhom ħnieżer żgħar li kienu għadhom kemm twieldu. Ma' dawn ma naqsux ukoll rikbiet fuq debba żgħira u mixjiet fil-kampanja ta' madwar ir-razzett. Żgur li kienet esperjenza li tibqa' mmarkata fl-istudenti u li kabbret fihom l-għarfien ta' dawn l-annimali u r-rispett li jistħoqqilhom.
0 Comments
Your comment will be posted after it is approved.
Leave a Reply. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|