Nhar it-Tnejn 19 t'Ottubru klassi tal-Ewwel Sena ħadet sehem f'attività kommemorattiva fl-anniversarju tat-twelid / il-mewt tal-poeta nazzjonali Dun Karm. Din l-attività saret fl-iskola primarja ta' Ħaż-Żebbuġ fil-Kulleġġ San Injazju. L-attività kienet tiġbor fiha qari ta' bijografija u xi poeżiji li xi wħud minnhom tkantaw ukoll fosthom l-Innu ta' Filgħodu. Wara l-istudenti preżenti ħadu sehem f'korteo lejn il-monument ta' Dun Karm f'Ħaż-Żebbuġ. Christina Debattista f'isem sħabha tal-klassi ppreżentat bukkett fjuri quddiem l-istess bust. Wara l-koreto kompla lejn il-qabar tiegħu.
0 Comments
Your comment will be posted after it is approved.
Leave a Reply. |
MerħbaL-għan ta' dan is-sit hu Arkivji
January 2022
kategoriji
All
|