vers 1 u 2 ikunu l-preżentazzjoni tas-sitwazzjoni;
vers 3 u 4 jiżvolġu u jiżviluppaw is-sitwazzjoni u
vers 5 jagħti r-riżultat b'mod li wieħed ma jkunx qed jistennieh.
L-1, it-2 u l-5 vers ikunu ta' 9 sillabi (novenarji) u jkun jaqblu flimkien, filwaqt li t-2 u t-3 vers ikunu ta' 6 sillabi (senarji) u jkollhom ukoll rima. Allura r-rima tkun AABBA.
Dan huwa eżempju ta' Limerikk ta' Guido Lanfranco:
Karmni xtrat drapp sabiħ kollu ward,
Għall-ilbies, biex tmur tieġ f'San Anard;
Hi marret bil-gala,
Tippoppa fis-sala,
Bil-purtieri bħad-drapp kollu ward!
Ara x'jibqa' fik meta tmur tieġ u l-libsa tkun tixbah lil dik ta' purtiera!!!