Nisperaw li qed tqattgħu vaganzi ta' mistrieħ, kif inhu xieraq!
Nisperaw ukoll li matul dawn il-jiem ta' mistrieħ, ma qtajtux mill-qari u anke mill-kitba! Jekk hawn minnkom li ktibtu xi ħaġa jew qrajtu xi ktieb interessanti u tixtiequ li taqsmuh magħna, inħeġġukom li tagħmlu dan billi tibagħtu xogħolkom permezz tal-ħolqa 'Ikkuntattjana' li ssibu n-naħa ta' fuq ta' dan is-sit. Aħna nieħdu gost li nippubblikaw dawn il-kitbiet. Wara kollox, dan hu l-għan ewlieni ta' dan is-sit - li jagħti l-opportunità lilkom l-istudenti li tesprimu l-ħsibijiet u l-esperjenzi tagħkom, permezz tal-kitba.
Gawdu l-aħħar ftit jiem tal-vaganzi u narawkom dalwaqt!